+Artikolu 455 Użu ta' mudelli interni għar-riskju tas-suq
---+Artikolu 455 1.
---+Artikolu 455 2.
---+Artikolu 455 3.
|
Artikolu 455 Użu ta' mudelli interni għar-riskju tas-suq
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 455 1.
|
Istituzzjoni li tuża l-mudelli interni msemmija fl-Artikolu 325az għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għandha tiddivulga:
(a)
l-objettivi tagħha fit-twettiq ta' attivitajiet ta' negozjar u l-proċessi implimentati biex jiġu identifikat, jitkejjel, jiġi mmonitorjat u kkontrollat ir-riskju tas-suq;
(b)
il-politiki msemmija fl-Artikolu 104(1) biex jiġi ddeterminat liema pożizzjoni għandha tiġi inkluża fil-portafoll tan-negozjar;
(c)
deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-postijiet tan-negozjar koperti mill-mudelli interni inkluż, għal kull post, deskrizzjoni wiesgħa tal-istrateġija tan-negozju tal-post, l-istrumenti permessi fih u t-tipi ewlenin ta' riskju marbuta ma' dak il-post;
(d)
stampa ġenerali tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar mhux koperti mill-mudelli interni, inkluż deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-post u tat-tipi ta' strumenti inklużi fil-postijiet jew fil-kategoriji ta' postijiet f'konformità mal-Artikolu 104b;
(e)
l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni u l-governanza għall-ġestjoni tar-riskju tas-suq;
(f)
il-kamp ta' applikazzjoni, il-karatteristiċi ewlenin u l-għażliet ewlenin tal-immudellar tal-mudelli interni differenti użati biex jiġu kkalkulati l-ammonti tal-iskopertura għar-riskju għall-mudelli ewlenin użati fil-livell konsolidat, u deskrizzjoni tal-punt sa fejn dawk il-mudelli interni jirrappreżentaw il-mudelli li jintużaw fil-livell konsolidat, inkluż, fejn ikun applikabbli, deskrizzjoni wiesa' ta' dan li ġej:
(i)
l-approċċ ta' mmudellar użat biex jiġi kkalkulat in-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (a), inkluż il-frekwenza tal-aġġornament tad-data;
(ii)
il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress imsemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (b), għajr l-ispeċifikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 325bk(3);
(iii)
l-approċċ ta' mmudellar użat biex tiġi kkalkulata t-tariffa tar-riskju ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 325ba(2), inkluż il-frekwenza tal-aġġornament tad-data.
|
|
Artikolu 455 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw fuq bażi aggregata għall-postijiet tan-negozjar kollha koperti mill-mudelli interni msemmija fl-Artikolu 325az il-komponenti li ġejjin, fejn ikun applikabbli:
(a)
l-aktar valur reċenti kif ukoll l-ogħla valur, dak l-aktar baxx u l-valur medju għas-60 jum ta' xogħol preċedenti ta':
(i)
il-kejl mhux ristrett tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1);
(ii)
il-kejl mhux ristrett tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1) għal kull kategorija regolatorja ta' fatturi tar-riskju wiesa';
(b)
l-aktar valur reċenti kif ukoll il-valur medju għas-60 jum ta' xogħol preċedenti ta':
(i)
il-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1);
(ii)
il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress imsemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (b);
(iii)
ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325ba(2);
(iv)
is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325ba(3), inkluż il-komponenti kollha tal-formula u l-fattur ta' multiplikazzjoni applikabbli;
(c)
in-numru tal-qbiż fil-valur tal-ittestjar retrospettiv matul l-aħħar 250 jum ta' xogħol fid-99 perċentil kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(6).
|
|
Artikolu 455 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw fuq bażi aggregata għall-postijiet tan-negozjar kollha r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq li jiġu kkalkulati f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1a, li kieku l-istituzzjonijiet ma jkunux ingħataw permess jużaw il-mudelli interni tagħhom għal dawk il-postijiet tan-negozjar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|