+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“impriża ta' servizzi anċillari” tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti mis-sjieda u l-ġestjoni tal-proprjetà, il-ġestjoni ta' servizzi ta' proċessar ta' data, jew attività simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta' ditta tal-investiment waħda jew aktar;

(2) 

“awtorizzazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni ta' ditta tal-investiment f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3) 

“fergħa” tfisser fergħa kif definita fil-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(4) 

“rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib kif definit fil-punt 35 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(5) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità pubblika jew korp pubbliku ta' Stat Membru li jkunu uffiċjalment rikonoxxuti u mogħtija s-setgħa mid-dritt nazzjonali biex jissorveljaw ditti tal-investiment f'konformità ma' din id-Direttiva, bħala parti mis-sistema superviżorja mħaddma f'dak l-Istat Membru;

(6) 

“negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet” tfisser negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet kif definit fil-punt (150) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7) 

“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif deskritta fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), jew fl-istandards kontabilistiċi li għalihom tkun soġġetta ditta tal-investiment skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

(8) 

“konformità mat-test tal-kapital ta' grupp” tfisser il-konformità minn impriża prinċipali fi grupp ta' ditti tal-investiment mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033;

(9) 

“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(10) 

“derivati” tfisser derivati kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(11) 

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033;

(12) 

“politika ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi” tfisser politika ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi kif definit fil-punt (65) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(13) 

“grupp” tfisser grupp kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(14) 

“sitwazzjoni konsolidata” tfisser sitwazzjoni konsolidata kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(15) 

“superviżur tal-grupp” tfisser awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp ta' ditti tal-investiment prinċipali tal-Unjoni kkontrollat minn kumpaniji holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni;

(16) 

“Stat Membru tad-domiċilju” tfisser Stat Membru tad-domiċilju kif definit fil-punt (55)(a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(17) 

“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fil-punt (56) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(18) 

“kapital inizjali” tfisser il-kapital li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment, li l-ammont u t-tip tiegħu huma speċifikati fl-Artikoli 9 u 11;

(19) 

“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(20) 

“grupp ta' ditti tal-investiment” tfisser grupp ta' ditti tal-investiment kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(21) 

“kumpanija holding ta' investiment” tfisser kumpanija holding ta' investiment kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(22) 

“servizzi u attivitajiet ta' investiment” tfisser servizzi u attivitajiet ta' investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(23) 

“korp maniġerjali” tfisser korp maniġerjali kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(24) 

“korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu” tfisser il-korp maniġerjali li jaġixxi fir-rwol tiegħu ta' sorveljanza u ta' monitoraġġ tat-teħid ta' deċiżjonijiet maniġerjali;

(25) 

“kumpanija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif definita fil-punt (15) Artikolu 2tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(26) 

“kumpanija holding finanzjarja b'attività mħallta” tfisser impriża prinċipali, għajr kumpanija holding finanzjarja, kumpanija holding ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu, ditta tal-investiment, jew kumpanija holding finanzjarja mħallta skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE, li s-sussidjarji tagħha tal-anqas jinkludu ditta tal-investiment waħda;

(27) 

“maniġment superjuri” tfisser maniġment superjuri kif definit fil-punt (37) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(28) 

“impriża prinċipali” tfisser intrapriża prinċipali kif definit fil-punt (32) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(29) 

“sussidjarja” tfisser sussidjarja kif definit fil-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(30) 

“riskju sistemiku” tfisser riskju sistemiku kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(31) 

“ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni” tfisser ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni kif definit fil-punt (56) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru (UE) 2019/2033;

(32) 

“kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni kif definit fil-punt (57) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(33) 

“kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni kif definit fil-punt 58 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;

▼M2

(34) 

“kontroparti ċentrali” jew “CCP” tfisser CCP kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(35) 

“kontroparti ċentrali li tikkwalifika” jew “QCCP” tfisser “kontroparti ċentrali li tikkwalifika” jew “QCCP” kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (88), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

▼B

Artikolu 3 2.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 58 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiċċara d-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 sabiex:

(a) 

tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva;

(b) 

tingħata kunsiderazzjoni, fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, lill-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.