|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“impriża ta' servizzi anċillari” tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti mis-sjieda u l-ġestjoni tal-proprjetà, il-ġestjoni ta' servizzi ta' proċessar ta' data, jew attività simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta' ditta tal-investiment waħda jew aktar;
(2)
“awtorizzazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni ta' ditta tal-investiment f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE;
(3)
“fergħa” tfisser fergħa kif definita fil-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(4)
“rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib kif definit fil-punt 35 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(5)
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità pubblika jew korp pubbliku ta' Stat Membru li jkunu uffiċjalment rikonoxxuti u mogħtija s-setgħa mid-dritt nazzjonali biex jissorveljaw ditti tal-investiment f'konformità ma' din id-Direttiva, bħala parti mis-sistema superviżorja mħaddma f'dak l-Istat Membru;
(6)
“negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet” tfisser negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet kif definit fil-punt (150) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(7)
“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif deskritta fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), jew fl-istandards kontabilistiċi li għalihom tkun soġġetta ditta tal-investiment skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;
(8)
“konformità mat-test tal-kapital ta' grupp” tfisser il-konformità minn impriża prinċipali fi grupp ta' ditti tal-investiment mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033;
(9)
“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(10)
“derivati” tfisser derivati kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(11)
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033;
(12)
“politika ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi” tfisser politika ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi kif definit fil-punt (65) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(13)
“grupp” tfisser grupp kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE;
(14)
“sitwazzjoni konsolidata” tfisser sitwazzjoni konsolidata kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;
(15)
“superviżur tal-grupp” tfisser awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp ta' ditti tal-investiment prinċipali tal-Unjoni kkontrollat minn kumpaniji holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni;
(16)
“Stat Membru tad-domiċilju” tfisser Stat Membru tad-domiċilju kif definit fil-punt (55)(a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(17)
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fil-punt (56) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(18)
“kapital inizjali” tfisser il-kapital li huwa meħtieġ għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment, li l-ammont u t-tip tiegħu huma speċifikati fl-Artikoli 9 u 11;
(19)
“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(20)
“grupp ta' ditti tal-investiment” tfisser grupp ta' ditti tal-investiment kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;
(21)
“kumpanija holding ta' investiment” tfisser kumpanija holding ta' investiment kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;
(22)
“servizzi u attivitajiet ta' investiment” tfisser servizzi u attivitajiet ta' investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(23)
“korp maniġerjali” tfisser korp maniġerjali kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(24)
“korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu” tfisser il-korp maniġerjali li jaġixxi fir-rwol tiegħu ta' sorveljanza u ta' monitoraġġ tat-teħid ta' deċiżjonijiet maniġerjali;
(25)
“kumpanija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif definita fil-punt (15) Artikolu 2tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(26)
“kumpanija holding finanzjarja b'attività mħallta” tfisser impriża prinċipali, għajr kumpanija holding finanzjarja, kumpanija holding ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu, ditta tal-investiment, jew kumpanija holding finanzjarja mħallta skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE, li s-sussidjarji tagħha tal-anqas jinkludu ditta tal-investiment waħda;
(27)
“maniġment superjuri” tfisser maniġment superjuri kif definit fil-punt (37) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(28)
“impriża prinċipali” tfisser intrapriża prinċipali kif definit fil-punt (32) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(29)
“sussidjarja” tfisser sussidjarja kif definit fil-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(30)
“riskju sistemiku” tfisser riskju sistemiku kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(31)
“ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni” tfisser ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni kif definit fil-punt (56) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru (UE) 2019/2033;
(32)
“kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni kif definit fil-punt (57) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;
(33)
“kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni kif definit fil-punt 58 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;
(34)
“kontroparti ċentrali” jew “CCP” tfisser CCP kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
(35)
“kontroparti ċentrali li tikkwalifika” jew “QCCP” tfisser “kontroparti ċentrali li tikkwalifika” jew “QCCP” kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (88), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|