+Artikolu 18 1.

Artikolu 18 1.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 2 tat-titolu IV ta' din id-Direttiva, inkluż setgħat investigattivi u setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li jimponu rimedji, u d-dritt ta' Stati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra u jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom is-setgħa li jimponu tali sanzjonijiet u miżuri fir-rigward ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033, inkluż meta ditta tal-investiment:

(a) 

tonqos milli ddaħħal fis-seħħ arranġamenti ta' governanza interna kif stabbilit fl-Artikolu 26;

(b) 

tonqos milli tirrapporta informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża dwar il-konformità mal-obbligu li tissodisfa r-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033 lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament;

(c) 

tonqos milli tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal-punt (e) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033, informazzjoni dwar ir-riskju ta' konċentrazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompleta jew mhux preċiża;

(d) 

iġġarrab riskju ta' konċentrazzjoni li jaqbeż il-limiti stabbilit fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2019/2033, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 38 u 39 ta' dak ir-Regolament;

(e) 

tonqos b'mod ripetut jew persistenti milli żżomm assi likwidi bi ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44 ta' dak ir-Regolament;

(f) 

tonqos milli tiżvela informazzjoni, jew tipprovdi informazzjoni mhux kompleta jew mhux eżatta bi ksur tad-dispożizzjonijiet stabbilit fis-Sitt Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(g) 

tagħmel pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji tad-ditta tal-investiment fejn l-Artikolu 28, 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxi tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji;

(h) 

tinstab li tkun responsabbli għal ksur serju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );

(i) 

tippermetti li persuna waħda jew aktar ma jikkonformawx mal-Artikolu 91 tad-Direttiva 2013/36/UE biex isiru jew jibqgħu membri tal-korp maniġerjali.

L-Istati Membri li ma jistabbilixxux regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li hu soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali.

Is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.