+Artikolu 18 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.

Artikolu 18 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 2 tat-titolu IV ta' din id-Direttiva, inkluż setgħat investigattivi u setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li jimponu rimedji, u d-dritt ta' Stati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra u jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom is-setgħa li jimponu tali sanzjonijiet u miżuri fir-rigward ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033, inkluż meta ditta tal-investiment:

(a) 

tonqos milli ddaħħal fis-seħħ arranġamenti ta' governanza interna kif stabbilit fl-Artikolu 26;

(b) 

tonqos milli tirrapporta informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża dwar il-konformità mal-obbligu li tissodisfa r-rekwiżiti tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033 lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta' dak ir-Regolament;

(c) 

tonqos milli tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur tal-punt (e) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033, informazzjoni dwar ir-riskju ta' konċentrazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompleta jew mhux preċiża;

(d) 

iġġarrab riskju ta' konċentrazzjoni li jaqbeż il-limiti stabbilit fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2019/2033, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 38 u 39 ta' dak ir-Regolament;

(e) 

tonqos b'mod ripetut jew persistenti milli żżomm assi likwidi bi ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 2019/2033, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44 ta' dak ir-Regolament;

(f) 

tonqos milli tiżvela informazzjoni, jew tipprovdi informazzjoni mhux kompleta jew mhux eżatta bi ksur tad-dispożizzjonijiet stabbilit fis-Sitt Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033;

(g) 

tagħmel pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji tad-ditta tal-investiment fejn l-Artikolu 28, 52 jew 63 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jipprojbixxi tali pagamenti lil detenturi ta' strumenti inklużi fil-fondi proprji;

(h) 

tinstab li tkun responsabbli għal ksur serju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );

(i) 

tippermetti li persuna waħda jew aktar ma jikkonformawx mal-Artikolu 91 tad-Direttiva 2013/36/UE biex isiru jew jibqgħu membri tal-korp maniġerjali.

L-Istati Membri li ma jistabbilixxux regoli dwar sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li hu soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali.

Is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 18 2.

Is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika jew ġuridika, id-ditta tal-investiment, il-kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b) 

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li tieqaf milli tirrepeti dik l-imġiba;

(c) 

projbizzjoni temporanja għal membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra responsabbli għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet f'ditti tal-investiment;

(d) 

f'każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali, inkluż l-introjtu gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu mill-ishma u titoli oħra b'rendita fissa jew varjabbli, u kummissjonijiet jew tariffi tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti;

(e) 

f'każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur fejn dawk il-profitti jew telf ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(f) 

f'każ ta' persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi tat-25 ta' Diċembru 2019.

Fejn impriża msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tkun sussidjarja, l-introjtu gross rilevanti għandu jkun l-introjtu gross li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali apikali fis-sena kontabilistika preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn ditta tal-investiment tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/2033, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet amministrattivi mill-awtorità kompetenti fir-rigward tal-membri tal-korp maniġerjali u fir-rigward ta' persuni fiżiċi oħra li jkunu responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 18 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet amministrattivi jew ta' miżuri amministrattivi oħra msemmija fil-paragrafu 1 u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn adatt:

(a) 

il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b) 

il-grad ta' responsabbiltà tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(c) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur, inkluż il-fatturat totali tal-persuni ġuridiċi jew l-introjtu annwali tal-persuni fiżiċi;

(d) 

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuni ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(e) 

kwalunkwe telf imġarrab minn partijiet terzi bħala riżultat tal-ksur;

(f) 

il-livell ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(g) 

il-ksur preċedenti mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-ksur;

(h) 

kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.