|
+Artikolu 18 2. |
Artikolu 18 2.Is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej:
(a)
dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika jew ġuridika, id-ditta tal-investiment, il-kumpanija holding ta' investiment jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta responsabbli u n-natura tal-ksur;
(b)
ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li tieqaf milli tirrepeti dik l-imġiba;
(c)
projbizzjoni temporanja għal membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra responsabbli għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet f'ditti tal-investiment;
(d)
f'każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali, inkluż l-introjtu gross li jikkonsisti minn imgħax riċevibbli u introjtu simili, introjtu mill-ishma u titoli oħra b'rendita fissa jew varjabbli, u kummissjonijiet jew tariffi tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti;
(e)
f'każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur fejn dawk il-profitti jew telf ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
(f)
f'każ ta' persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi tat-25 ta' Diċembru 2019. Fejn impriża msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tkun sussidjarja, l-introjtu gross rilevanti għandu jkun l-introjtu gross li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali apikali fis-sena kontabilistika preċedenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn ditta tal-investiment tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/2033, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet amministrattivi mill-awtorità kompetenti fir-rigward tal-membri tal-korp maniġerjali u fir-rigward ta' persuni fiżiċi oħra li jkunu responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|