+Artikolu 22 Rapportar ta' ksur
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
|
Artikolu 22 Rapportar ta' ksur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u affidabbli biex jippermettu r-rapportar fil-pront ta' ksur potenzjali jew reali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033 lill-awtoritajiet kompetenti. Dawk il-mekkaniżmi għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a)
proċeduri speċifiċi għar-riċeviment, it-trattament u s-segwitu ta' tali rapporti, inkluż l-istabbiliment ta' kanali ta' komunikazzjoni sikuri;
(b)
protezzjoni adatta kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni jew tipi oħra ta' trattament inġust mid-ditti tal-investiment għal impjegati ta' ditti tal-investiment li jirrappurtaw ksur imwettaq fi ħdan id-ditta tal-investiment;
(c)
il-protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li allegatament hija responsabbli għal dak il-ksur, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679;
(d)
regoli ċari li jiżguraw li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta l-ksur imwettaq fi ħdan id-ditta tal-investiment, sakemm id-divulgazzjoni ma tkunx meħtieġa mid-dritt nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet ulterjuri jew ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji sussegwenti.
|
|
Artikolu 22 2.
|
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-ditti tal-investiment li jkollhom fis-seħħ proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom biex jirrapportaw ksur internament permezz ta' kanal speċifiku indipendenti. Dawk il-proċeduri jistgħu jiġu pprovduti mis-sħab soċjali dment li dawk il-proċeduri joffru l-istess protezzjoni bħall-protezzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|