|
+Artikolu 22 1. |
Artikolu 22 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u affidabbli biex jippermettu r-rapportar fil-pront ta' ksur potenzjali jew reali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033 lill-awtoritajiet kompetenti. Dawk il-mekkaniżmi għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a)
proċeduri speċifiċi għar-riċeviment, it-trattament u s-segwitu ta' tali rapporti, inkluż l-istabbiliment ta' kanali ta' komunikazzjoni sikuri;
(b)
protezzjoni adatta kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni jew tipi oħra ta' trattament inġust mid-ditti tal-investiment għal impjegati ta' ditti tal-investiment li jirrappurtaw ksur imwettaq fi ħdan id-ditta tal-investiment;
(c)
il-protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li allegatament hija responsabbli għal dak il-ksur, f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679;
(d)
regoli ċari li jiżguraw li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta l-ksur imwettaq fi ħdan id-ditta tal-investiment, sakemm id-divulgazzjoni ma tkunx meħtieġa mid-dritt nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet ulterjuri jew ta' proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji sussegwenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|