+Artikolu 25 Kamp ta' applikazzjoni ta' din it-Taqsima
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
|
Artikolu 25 Kamp ta' applikazzjoni ta' din it-Taqsima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika fejn, abbażi tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, ditta tal-investiment tiddetermina li hija tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha ta' kwalifika għal ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fiha.
|
|
Artikolu 25 2.
|
Fejn ditta tal-investiment, li ma tkunx issodisfat il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 sussegwentement tissodisfa dawk il-kondizzjonijiet, din it-Taqsima għandha tieqaf milli tapplika biss wara perijodu ta' sitt xhur mid-data li fiha ġew issodisfati dawk il-kondizzjonijiet. Din it-taqsima għandha tieqaf milli tapplika għal ditta tal-investiment wara dak il-perijodu msemmi biss meta d-ditta tal-investiment kompliet tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 mingħajr interruzzjoni matul dak il-perijodu u meta tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti dwar dan.
|
|
Artikolu 25 3.
|
Fejn ditta tal-investiment tiddetermina li hija m'għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, hija għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tikkonforma ma' din it-Taqsima fi żmien 12-il xahar mid-data li fiha tkun saret dik il-valutazzjoni.
|
|
Artikolu 25 4.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti tal-investiment japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 għal remunerazzjoni mogħtija għal servizzi pprovduti jew għall-prestazzjoni fis-sena finanzjarja wara s-sena finanzjarja li fiha saret il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Fejn tapplika din it-Taqsima u jiġi applikat l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din it-Taqsima tiġi applikata għal ditti tal-investiment fuq bażi individwali. Fejn tapplika din it-Taqsima u tiġi applikata l-konsolidazzjoni prudenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din it-Taqsima tiġi applikata għal ditti tal-investiment fuq bażi individwali u konsolidata. B'deroga mit-tielet subparagrafu, din it-Taqsima ma għandhiex tapplika għal impriżi sussidjarji inklużi f'sitwazzjoni konsolidata li jkunu stabbiliti f'pajjiżi terzi, fejn l-impriża prinċipali fl-Unjoni tkun tista' turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni ta' din it-Taqsima tkun illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn ikunu stabbiliti dawk l-impriżi sussidjarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|