+Artikolu 26 Governanza interna
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
|
Artikolu 26 Governanza interna
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jkollhom arranġamenti ta' governanza robusti, inkluż dawn kollha li ġejjin:
(a)
struttura organizzattiva ċara b'linji ta' responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti;
▼M2
(b)
proċessi effettivi għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar tar-riskji li d-ditti tal-investiment huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom, jew ir-riskji li huma joħolqu jew li jistgħu joħolqu għal oħrajn, inkluż ir-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
▼B
(c)
mekkaniżmi adegwati ta' kontroll intern, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi;
(d)
politiki u prattiki ta' remunerazzjoni li huma konsistenti ma' u jippromwovu ġestjoni tar-riskju soda u effettiva.
Il-politiki u l-prattiki ta' remunerazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu newtrali fir-rigward tas-sessi.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Meta jiġu stabbiliti l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 33.
|
|
Artikolu 26 3.
|
L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adatti u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell tan-negozju u fl-attivitajiet tad-ditta tal-investiment.
|
|
Artikolu 26 4.
|
L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti ta' governanza msemmija fil-paragrafu 1. L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar politiki ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi għal ditti tal-investiment. Fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dawk il-linji gwida, l-ABE għandha toħroġ rapport dwar l-applikazzjoni tal-politiki ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi għal ditti tal-investiment abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|