+107. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta ta’ investiment tistabbilixxix …

107. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta ta’ investiment tistabbilixxix …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta ta’ investiment tistabbilixxix qafas u arranġamenti ta’ governanza interna robusti, f’konformità mad - dispożizzjonijiet tal - Artikolu 26 tad - Direttiva (UE) 2019/2034, il- Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna, il - Linji Gwida tal - EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni14 , ir- Regolament Delegat tal - Kummissjoni (UE) 2017/56515 , il- Linji Gwida tal -ESMA dwar ir- rekwiżiti taʼ governanza ta l-

14 Il- Linji Gwida tal - EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont id - Direttiva (UE) 2019/2034 (EBA/GL/2021/13).

15 IR-REGOLAMENT DELEGAT TAL- KUMMISSJON I (UE) 2017/565 tal -25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d - Direttiva 2014/65/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall - operat għal ditti tal - investiment u termini definiti għall - finijiet ta’ dik id -Di rettiva (ĠU L 087, 31.3.2017, p. 1).

32

prodotti tal -MiFID II16 , il- Linji Gwida Konġunti tal - ESMA u tal -EBA dwar il- valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri tal - korp maniġerjali u tad - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin17 . L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment turix tal - inqas li:

  • a. il- korp maniġerjali jkun stabbilixxa, approva u jissorvelja qafas adegwat u effettiv ta’ governanza interna u ta’ kontroll intern li jinkludi struttura organizzazzjonali u operazzjonali xierqa u trasparenti u qafas ta’ kontroll intern li jaħdem tajjeb, inklużi proċeduri sodi ta’ amministrazzjoni u kontabbiltà u funzjoni permanenti u effettiva ta’ verifika tal - konformità u, meta xieraq u proporzjonat, il - ġestjoni tar - riskju intern l- funzjonijiet tal - awditu intern li jkollhom awtorità, statura u riżorsi suffiċjenti sabiex iwettqu l - funzjonijiet tagħhom b’mod indipendenti. Meta d - ditti tal - investiment ma jistabbilixxux u ma jżommux funzjoni ta’ ġestjoni tar - riskju u funzjoni tal - awditu intern, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - politiki u l - proċeduri adottati u implimentati għal qafas ta’ kontroll intern jiksbux l - istess eżitu bir - responsabbiltà aħħarija tibqa’ f’idejn il - korp maniġerjali;
  • b. il- korp maniġerjali jiżgura u jivvaluta perjodikament l - effettività tal - arranġamenti
ta’ governanza interna tad - ditta tal - investiment u jieħu passi xierqa biexjiġi

indirizzat kwalunkwe nuqqas identifikat;

  • c. il- korp maniġerjali jkun stabbilixxa, approva u jissorvelja l - istrateġija ġenerali tan - negozju u tar - riskju, inkluż l - istabbiliment tal - aptit għar - riskju tad - ditta tal - investiment u l - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju tagħha, inklużi politiki u proċeduri adegwati;
  • d. il- korp maniġerjali jaf u jifhem l - istruttura ġuridika, organizzazzjonali u operattiva tad - ditta tal - investiment (“kun af l - istruttura tiegħek”), b’mod partikolari meta d - ditta tal - investiment tinvolvi strutturi kumplessi, u jiżgura li din hija konsistenti mal - istrateġiji tan - negozju u tar - riskju u mal - aptit għar - riskju approvati tagħha;
  • e. id- ditta tal - investiment għandha struttura korporattiva xierqa u trasparenti li hija “adatta għall - iskop” u li ma tqajjem l - ebda tħassib li d - ditta tal - investiment tista’ tintuża għal skopijiet marbuta mal - kriminalità finanzjarja u kultura soda korporattiva u tar - riskju li hija komprensiva u proporzjonata għan - natura, l - iskala u l- kumplessità tar - riskji inerenti għall - mudell tan - negozju u l - attivitajiet tad - ditta tal - investiment u konsistenti mal - aptit għar - riskju tad - ditta tal - investiment;
  • f. id- ditta tal - investiment tippromwovi u tiżgura kultura tar - riskju u standards professjonali etiċi għoljin, permezz ta’ kodiċi ta’ kondotta, u implimentat politiki u proċeduri ta’ twissija interna xierqa;

16 Il- Linji Gwida tal -ESMA dwar ir- rekwiżiti ta’ governanza tal - prodotti tal -MiFID II (ESMA35-43-620).

17 Il- Linji Gwida Konġunti tal - ESMA u tal -EBA dwar il- valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri tal - korp maniġerjali u t ad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin EBA/GL/2017/12).

33
  • g. ikun hemm komunikazzjoni ċara, b’saħħitha u effettiva tal - istrateġiji, tal - valuri korporattivi, tal - kodiċi ta’ kondotta, tar - riskju u ta’ politika oħra għall - persunal rilevanti kollha;
  • h. il- korp maniġerjali stabbilixxa, approva u jissorvelja l - implimentazzjoni u ż - żamma ta’ politiki u proċessi effettivi biex jidentifikaw, jivvalutaw, jimmaniġġaw u j immitigaw jew jipprevjenu kunflitti ta’ interess reali u potenzjali fil - livell tad - ditta kif ukoll bejn id - ditta tal - investiment u l - interessi privati tal - persunal, inkluż tal - membri tal - korp maniġerjali, li jistgħu jinfluwenzaw ħażin it - twettiq tad -dmirij iet u tar - responsabbiltajiet tagħhom;
  • i. il- korp maniġerjali jkun stabbilixxa u jiżgura l - implimentazzjoni ta’ qafas għad - dħul f’self u fi tranżazzjonijiet oħrajn, ma’ membri tal - korp maniġerjali u l - partijiet relatati magħhom;
  • j. id- ditti tal - investiment jistabbilixxu u jżommu politiki u proċeduri ta’ twissija interna xierqa għall - persunal biex jirrapportaw ksur reali tar - Regolament (UE) 2019/2033 u dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d - Direttiva (UE) 2019/2034 permezz ta’ mezz speċifiku, indipendenti u awtonomu;
  • k. ikun ġie implimentat proċess ta’ valutazzjoni tal - għażla u tal - adegwatezza għall - membri tal - korp maniġerjali u għad - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin;
  • l. li jkunu ġew implimentati arranġamenti bil - għan li tiġi żgurata l - integrità tas - sistemi kontabilistiċi u ta’ rapportar finanzjarju, inklużi kontrolli finanzjarji u operazzjonali u l - konformità mal - liġi u ma’ standards rilevanti;
  • m. li l- qafas ta’ governanza interna huwa stabbilit, immonitorjat u vvalutat b’mod regolari mill - korp maniġerjali; u
  • n. li l- istrateġiji, il - politiki u l - proċeduri huma kkomunikati lill - persunal rilevanti kollu f’ditta tal - investiment u l - istrutturi ta’ ditta tal - investiment u huma ċari, effiċjenti u trasparenti għall - persunal tad - ditta tal - investiment, l - azzjonisti u partijiet ikkonċernati oħrajn u għall - awtorità kompetenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.