|
+Artikolu 32 1. |
Artikolu 32 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull remunerazzjoni varjabbli mogħtija u mħallsa minn ditta tal-investiment lil kategoriji ta' persunal imsemmija fl-Artikolu 30(1) tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin skont l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 30(3):
(a)
fejn ir-remunerazzjoni varjabbli tkun relatata mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-remunerazzjoni varjabbli jkun ibbażat fuq taħlita tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu, tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati ġenerali tad-ditta tal-investiment;
(b)
meta tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-individwu, jittieħed kont kemm tal-kriterji finanzjarji kif ukoll ta' dawk mhux finanzjarji;
(c)
il-valutazzjoni tal-prestazzjoni msemmija fil-punt (a) hija bbażata fuq perijodu pluriennali, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta tal-investiment u tar-riskji tan-negozju tagħha;
(d)
ir-remunerazzjoni varjabbli ma taffettwax il-kapaċità tad-ditta tal-investiment li tiżgura bażi kapitali soda;
(e)
ma jkun hemm ebda remunerazzjoni varjabbli garantita għajr għal persunal ġdid għall-ewwel sena tal-impjieg biss tal-persunal il-ġdid u meta d-ditta tal-investiment ikollha bażi kapitali soda;
(f)
il-pagamenti relatati mat-terminazzjoni bikrija ta' kuntratt ta' impjieg jirriflettu l-prestazzjoni miksuba matul iż-żmien mill-individwu u ma jippremjawx falliment jew imġiba ħażina;
(g)
pakketti ta' remunerazzjoni relatati mal-kumpens jew mal-akkwiżizzjoni minn kuntratti f'impjieg preċedenti huma allinjati mal-interessi fit-tul tad-ditta tal-investiment;
(h)
il-kejl tal-prestazzjoni użat bħala bażi għall-kalkolu ta' raggruppamenti ta' remunerazzjoni varjabbli jieħu kont tat-tipi kollha ta' riskji attwali u futuri u l-ispiża tal-kapital u tal-likwidità meħtieġa f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/2033;
(i)
l-allokazzjoni tal-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni fi ħdan id-ditta tal-investiment tieħu kont tat-tipi kollha ta' riskji attwali u futuri;
(j)
mill-inqas 50 % tar-remunerazzjoni varjabbli tikkonsisti fi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin:
(i)
ishma jew interessi proprjetarji ekwivalenti, soġġett għall-istruttura legali tad-ditta tal-investiment ikkonċernata;
(ii)
strumenti marbuta mal-ishma jew strumenti ekwivalenti mhux fi flus, soġġett għall-istruttura legali tad-ditta tal-investiment ikkonċernata;
(iii)
strumenti tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali jew strumenti oħra li jistgħu jiġu kkonvertiti bis-sħiħ għal strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew jitniżżlu fil-valur u li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kreditu tad-ditta tal-investiment bħala negozju avvjat;
(iv)
strumenti mhux fi flus li jirriflettu l-kompożizzjoni tal-istrumenti tal-portafolli ġestiti;
(k)
permezz ta' deroga mill-punt (j), fejn ditta tal-investiment ma toħroġ ebda wieħed mill-istrumenti msemmija f'dak il-punt, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japprovaw l-użu ta' arranġamenti alternattivi li jissodisfaw l-istess objettivi;
(l)
mill-inqas 40 % tar-remunerazzjoni varjabbli jkunu differiti tul perijodu ta' tlieta sa ħames snin kif adatt, skont iċ-ċiklu tan-negozju tad-ditta tal-investiment, in-natura tan-negozju tagħha, ir-riskji tagħha u l-attivitajiet tal-individwu inkwistjoni, ħlief fil-każ ta' remunerazzjoni varjabbli ta' ammont partikolarment għoli meta l-proporzjon tar-remunerazzjoni varjabbli differita jkun ta' mill-inqas 60 %;
(m)
sa 100 % tar-remunerazzjoni varjabbli hija kkuntrattata meta l-prestazzjoni finanzjarja tad-ditta tal-investiment tkun dgħajfa jew negattiva, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' malus jew ta' rkupru soġġetti għal kriterji stabbiliti mid-ditti tal-investiment li jkopru b'mod partikolari sitwazzjonijiet li fihom l-individwu inkwistjoni:
(i)
ikun ħa sehem jew kien responsabbli għal imġiba li rriżultat f'telf sinifikanti għad-ditta tal-investiment;
(ii)
ma jkunx għadu meqjus bħala kompetenti u idoneu;
(n)
il-benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jkunu konformi mal-istrateġija tan-negozju, mal-objettivi, mal-valuri u mal-interessi fit-tul tad-ditta tal-investiment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|