|
+Artikolu 40 6. |
Artikolu 40 6.L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif għandhom jitkejlu r-riskji u l-elementi ta' riskju msemmija fil-paragrafu 2, inkluż ir-riskji u l-elementi ta' riskju li huma esklużi espliċitament mir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033. L-ABE għandha tiżgura li l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji jinkludi metriċi kwalitattivi indikattivi għall-ammonti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2), filwaqt li jittieħed kont tal-firxa ta' mudelli kummerċjali u forom legali differenti li jista' jkollhom id-ditti tal-investiment, u li jkunu proporzjonati f'dak li jirrigwarda:
(a)
il-piż tal-implimentazzjoni fuq id-ditti tal-investiment u fuq l-awtoritajiet kompetenti;
(b)
il-possibbiltà li l-livell ogħla tar-rekwiżiti tal-fondi proprji li japplikaw meta d-ditti tal-investiment ma jużawx mudelli interni jiġġustifika l-impożizzjoni ta' rekwiżiti tal-fondi proprji inferjuri meta jiġu vvalutati r-riskji u l-elementi ta' riskju skont il-paragrafu 2. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021. Il-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|