+Artikolu 40 Rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
---+Artikolu 40 5.
---+Artikolu 40 6.
---+Artikolu 40 7.
|
Artikolu 40 Rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) biss fejn, fuq il-bażi tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikoli 36 u 37, dawn jaċċertaw kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin għal ditta tal-investiment:
(a)
id-ditta tal-investiment tkun esposta għal riskji jew għal elementi tar-riskji, jew toħloq riskji għal oħrajn li huma materjali u li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta' fondi proprji, u speċjalment ir-rekwiżiti tal-fattur-K, stipulati fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033;
(b)
id-ditta tal-investiment ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 24 u 26 u miżuri superviżorji oħra x'aktarx ma jkunux ser itejbu biżżejjed l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji fi żmien adatt;
(c)
l-aġġustamenti marbuta mal-valwazzjoni prudenzjali tal-portafoll tan-negozjar ma jkunux biżżejjed biex id-ditta tal-investiment tkun tista' tbigħ jew tiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha f'perijodu qasir ta' żmien bla ma ġġarrab telf materjali f'kondizzjonijiet normali tas-suq;
(d)
ir-rieżami mwettaq f'konformità mal-Artikolu 37 juri li n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-mudelli interni permessi aktarx li ser iwassal għal livelli inadegwati ta' kapital;
(e)
id-ditta tal-investiment ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta' fondi proprji kif stipulat fl-Artikolu 41.
|
|
Artikolu 40 2.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-riskji jew l-elementi tar- riskji għandhom jiġu kkunsidrati mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fit-Tielet u r-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033 biss meta l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital meqjus adegwati mill-awtorità kompetenti wara r-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mid-ditti tal-investiment f'konformità mal-Artikolu 24(1) ta' din id-Direttiva, huma ogħla mir-rekwiżit tal-fondi proprji tad-ditta tal-investiment stabbilit fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kapital meqjus bħala adegwat jista' jinkludi riskji jew elementi ta' riskju li huma esklużi b'mod espliċitu mir-rekwiżit tal-fondi proprji stabbilit fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033.
|
|
Artikolu 40 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġ skont il-punt (a) tal-Artikolu 39(2) bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżit tal-fondi proprji stabbilit fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033.
|
|
Artikolu 40 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lid-ditti tal-investiment jissodisfaw ir-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) b'fondi proprji soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
tal-anqas tliet kwarti mir-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali jissodisfa l-kapital tal-Grad 1;
(b)
tal-anqas tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 jkunu magħmul mill-kapital ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni;
(c)
dawk il-fondi proprji ma jintużaw biex jiġi ssodisfat kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.
|
|
Artikolu 40 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissostanzjaw bil-miktub id-deċiżjoni tagħhom li jimponu rekwiżit kapitali addizzjonali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) billi jagħtu rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu. Dan jinkludi, fil-każ stabbilit fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dikjarazzjoni speċifika dwar għaliex il-livell ta' kapital stabbilit skont l-Artikolu 41(1) ma jkunx għadu jitqies suffiċjenti.
|
|
Artikolu 40 6.
|
L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif għandhom jitkejlu r-riskji u l-elementi ta' riskju msemmija fil-paragrafu 2, inkluż ir-riskji u l-elementi ta' riskju li huma esklużi espliċitament mir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fit-Tielet jew ir-Raba' Parti tar-Regolament (UE) 2019/2033. L-ABE għandha tiżgura li l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji jinkludi metriċi kwalitattivi indikattivi għall-ammonti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2), filwaqt li jittieħed kont tal-firxa ta' mudelli kummerċjali u forom legali differenti li jista' jkollhom id-ditti tal-investiment, u li jkunu proporzjonati f'dak li jirrigwarda:
(a)
il-piż tal-implimentazzjoni fuq id-ditti tal-investiment u fuq l-awtoritajiet kompetenti;
(b)
il-possibbiltà li l-livell ogħla tar-rekwiżiti tal-fondi proprji li japplikaw meta d-ditti tal-investiment ma jużawx mudelli interni jiġġustifika l-impożizzjoni ta' rekwiżiti tal-fondi proprji inferjuri meta jiġu vvalutati r-riskji u l-elementi ta' riskju skont il-paragrafu 2.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021. Il-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 40 7.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali f'konformità mal-paragrafi 1 sa 6 fuq ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar jew mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE)2019/2033 abbażi ta' valutazzjoni każ b'każ u meta l-awtorità kompetenti tqis li jkun ġustifikat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|