|
+Artikolu 62 Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE |
Artikolu 62 Emendi għad-Direttiva 2013/36/UEArtikolu 62 Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE Id-Direttiva 2013/36/UE hija emendata kif ġej:
(1)
it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE”;
(2)
l-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar:
(a)
l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu;
(b)
is-setgħat u l-għodod superviżorji għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti;
(c)
is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-awtoritajiet kompetenti b'mod li jkun konsistenti mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(d)
ir-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.”;
(3)
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
(a)
jitħassru l-paragrafi 2 u 3;
(b)
fil-paragrafu 5, jitħassar il-punt (1);
(c)
il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“6.
L-entitajiet imsemmija fil-punti (3) sa (24) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII.”;
(4)
fl-Artikolu 3(1),: jitħassar il-punt (4);
(5)
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Koordinazzjoni fi ħdan l-Istati Membri L-Istati Membri li jkollhom aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jorganizzaw il-koordinazzjoni bejn tali awtoritajiet.”;
(6)
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 8a Rekwiżiti speċifiċi għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
1.
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li diġà kisbu awtorizzazzjoni skont it-Titolu II tad-Direttiva 2014/65/UE biex jippreżentaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8, sa mhux aktar tard mill-jum li fih iseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-medja tal-assi totali fix-xahar, ikkalkulata fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv, tkun ugwali għal jew taqbeż it-EUR 30 biljun; jew
(b)
il-medja tal-assi totali fix-xahar ikkalkulata fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttiv tkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-intrapriżi kollha fil-grupp li individwalment ikollhom assi totali ta' anqas minn EUR 30 biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun, it-tnejn li huma ikkalkulati bħala medja fuq perijodu ta' tnax-il xahar konsekuttiv.
2.
L-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm jiksbu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu ta' dan l-Artikolu.
3.
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-intrapriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1)) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li fi tat-24 ta' Diċembru 2019 iwettqu attivitajiet bħala ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva sa tat-27 ta' Diċembru 2020.
4.
Meta l-awtorità kompetenti, wara li tirċievi l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 95a tad-Direttiva 2014/65/UE, tiddetermina li impriża tkun ser tiġi awtorizzata bħala istituzzjoni ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, din għandha tinnotifika lill-impriża u lill-awtorità kompetenti kif definit fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandha tikseb il-proċedura ta' awtorizzazzjoni mid-data ta' dik in-notifika.
5.
F'każijiet ta' awtorizzazzjoni mill-ġdid, l-awtorità kompetenti awtorizzanti għandha tiżgura li l-proċess huwa ssimplifikat kemm jista' jkun u li jittieħed kont tal-informazzjoni mill-awtorizzazzjonijiet eżistenti.
6.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriża lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 10;
(b)
il-metodoloġija għall-kalkolu tal-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1. Is-setgħa hi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa tat-26 ta' Diċembru 2020.”;
(7)
fl-Artikolu 18, jiddaħħal il-punt li ġej:
“(aa)
tuża l-awtorizzazzjoni tagħha b'mod esklużiv biex tkun involuta fl-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għal perijodu ta' ħames snin konsekuttivi jkollha assi totali medji inqas mil-livelli limitu stabbiliti f'dak l-Artikolu;”;
(8)
l-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2.
L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha, u għandha taġġorna mill-inqas annwalment, lista tal-ismijiet tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha li ngħataw awtorizzazzjoni.”;
(b)
jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“3a.
Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-ismijiet tal-impriżi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandha tidentifika dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu bħala tali. Dik il-lista għandha tiddeskrivi wkoll kwalunkwe bidla meta mqabbla mal-verżjoni preċedenti tal-lista.”;
(9)
fl-Artikolu 21b, il-paragrafu (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“5.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:
(a)
il-valur totali tal-assi fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz għandu jkun it-total ta' dan li ġej:
(i)
il-valur totali tal-assi ta' kull istituzzjoni fl-Unjoni tal-grupp ta' pajjiż terz, kif jirriżulta mill-karta tal-bilanċ konsolidata tagħha jew kif jirriżulta mill-karti tal-bilanċ individwali tagħhom, fejn il-karta tal-bilanċ ta' istituzzjoni ma tkunx konsolidata; u
(ii)
il-valur totali tal-assi ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzat fl-Unjoni f'konformità ma' din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *8 ) jew id-Direttiva 2014/65/UE;
(b)
it-terminu ‘istituzzjoni’ għandu jinkludi wkoll ditti tal-investiment.;
(10)
jitħassar it-Titolu IV;
(11)
fl-Artikolu 51(1), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur li jikkonsolida, meta jkun japplika l-Artikolu 112(1), jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, biex fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu titqies bħala sinifikanti.'”;
(12)
fl-Artikolu 53, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2.
Il-paragrafu 1 m'għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni ma' xulxin jew jittrażmettu l-informazzjoni lill-BERS, lill-ABE, jew lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (“ESMA”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*9
) f'konformità ma' din id-Direttiva, mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, mar-Regolament (UE) 2019/2033. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*10
), mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, mal-Artikoli 31, 35 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-Artikoli 31 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*11
) u ma' direttivi oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-paragrafu 1.
(13)
fl-Artikolu 66(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
“(aa)
it-twettiq ta' mill-inqas waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-issodisfar tal-livell limitu indikat f'dak l-Artikolu mingħajr l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu.”;
(14)
fl-Artikolu 76(5), jitħassar is-sitt subparagrafu;
(15)
fl-Artikolu 86, il-paragrafu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“11.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità li jistabbilixxu strateġiji adegwati u miżuri ta' implimentazzjoni adatta biex jindirizzaw il-possibbiltà ta' nuqqas ta' likwidità, inkluż fir-rigward ta' fergħat stabbiliti f'xi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-pjanijiet jiġu ttestjati mill-istituzzjonijiet mill-inqas kull sena, jiġu aġġornati abbażi tal-eżitu tax-xenarji alternattivi stipulati fil-paragrafu 8, u jiġu rrapportati lill-maniġment superjuri u approvati minnha, sabiex il-politiki u l-proċessi interni jkunu jistgħu jiġu aġġustati kif meħtieġ. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-passi operattivi meħtieġa minn qabel biex jiżguraw li l-pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità jkunu jistgħu jiġu implimentati minnufih. Dawk il-passi operazzjonali għandhom jinkludu l-pussess ta' kollateral disponibbli b'mod immedjat għal finanzjament mill-bank ċentrali. Dan jinkludi l-pussess ta' kollateral fil-munita ta' Stat Membru ieħor, fejn meħtieġ, jew il-munita ta' pajjiż terz li għalih l-istituzzjoni jkollha skopertura, u meta jkun meħtieġ b'mod operazzjonali fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti jew ta' pajjiż terz li t-tali istituzzjoni ta' kreditu tkun skoperta għall-munita tiegħu.'”;
(16)
fl-Artikolu 110, jitħassar il-paragrafu 2;
(17)
l-Artikolu 111 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 111 Determinazzjoni tas-superviżur li jikkonsolida
1.
Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja dik l-entità prinċipali jew l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE fuq bażi individwali. Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE u ebda waħda mis-sussidjarji tagħha ma tkun istituzzjoni ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja dik l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fl-Istat Membru jew dik l-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE fuq bażi individwali. Meta impriża prinċipali tkun ditta tal-investiment prinċipali fi Stat Membru jew ditta tal-investiment prinċipali tal-UE, u mill-inqas waħda mis-sussidjarji tagħha tkun istituzzjonijiet ta' kreditu, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, jew fejn ikun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu, l-istituzzjonijiet ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.
2.
Meta l-entità prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment tkun kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment fuq bażi individwali.
3.
Meta żewġ istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment jew aktar awtorizzati fl-Unjoni jkollhom l-istess kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha titwettaq minn:
(a)
l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu meta jkun hemm biss istituzzjoni ta' kreditu waħda fil-grupp;
(b)
l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, meta jkun hemm diversi istituzzjonijiet ta' kreditu fil-grupp; jew
(c)
l-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, meta l-grupp ma jkunx jinkludi xi istituzzjoni ta' kreditu.
4.
Meta hi meħtieġa l-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ jew, fejn il-grupp ma jinkludix xi istituzzjoni ta' kreditu, mill-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ.
5.
B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, mill-punt (b) tal-paragrafu 3 u mill-paragrafu 4, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda fi grupp, is-superviżur li jikkonsolida għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar fil-grupp meta s-somma tat-total tal-karta tal-bilanċ ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu tkun ogħla minn dik tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati fuq bażi individwali minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra. B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 3, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn ditta tal-investiment waħda fi grupp, is-superviżur li jikkonsolida għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali ditta tal-investiment waħda jew aktar fil-grupp bl-ogħla total fuq il-karta tal-bilanċ fl-aggregat.
6.
F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bi ftehim komuni, jirrinunzjaw għall-kriterji msemmijin fil-paragrafi 1, 3 u 4 u jaħtru awtorità kompetenti differenti biex twettaq is-superviżjoni fuq bażi konsolidata meta l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hemm ma tkunx adatta, filwaqt li jittieħed kont tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew tad-ditti ta' investiment ikkonċernati u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom fl-Istati Membri rilevanti, jew il-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata mill-istess awtorità kompetenti. F'tali każijiet, l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew l-istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta tal-investiment bl-akbar total fuq il-karta tal-bilanċ, kif applikabbli, għandu jkollha d-dritt tinstema' qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jieħdu d-deċiżjoni.
7.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ABE mingħajr dewmien rigward kwalunkwe ftehim li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 6.”;
(18)
fl-Artikolu 114(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.
Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluż sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta' żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, is-superviżur li jikkonsolida għandu, soġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta' din id-Direttiva u fejn applikabbli t-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034, iwissi mill-aktar fis possibbli, lill-ABE u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u fl-Artikolu 59 u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha. ”;
(19)
l-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2.
L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-ABE għandhom jikkooperaw mill-qrib. Ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva, u, fejn applikabbli, it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034 m'għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013.”;
(b)
fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“6.
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta' kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE u l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, il-banek ċentrali tas-SEBĊ kif adatt, u l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi fejn adatt u soġġetti għal rekwiżiti tal-kunfidenzjalità li jkunu ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għar-rekwiżiti skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE)/2019/2034 jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri.”;
(c)
fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“9.
Is-superviżur li jikkonsolida, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II, ta' din id-Direttiva, u fejn applikabbli, skont it-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034], għandu jinforma lill-ABE dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, u jikkomunika lill-ABE l-informazzjoni kollha li tkun ta' rilevanza partikolari għall-finijiet tal-konverġenza superviżorja”.
(20)
fl-Artikolu 125, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2.
L-informazzjoni riċevuta, fil-qafas tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u b'mod partikolari, kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hu previst f'din id-Direttiva, għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1) ta' din id-Direttiva għall-istituzzjonijiet ta' kreditu jew skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.”;
(21)
fl-Artikolu 128, jitħassar il-ħames paragrafu;
(22)
fl-Artikolu 129, jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4;
(23)
fl-Artikolu 130, jitħassru l-paragrafi 2, 3 u 4;
(24)
fl-Artikolu 143(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d)
mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima II ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu 1, Taqsima 2 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, id-data statistika aggregata dwar l-aspetti ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas prudenzjali f'kull Stat Membru, inklużi l-għadd u n-natura tal-miżuri superviżorji meħuda f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 102(1) ta' din id-Direttiva, u tal-penali amministrattivi imposti f'konformità mal-Artikolu 65 ta' din id-Direttiva.”; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|