+Artikolu 64 Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE

Artikolu 64 Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE

Artikolu 64

Emendi għad-Direttiva 2014/65/UE

Id-Direttiva 2014/65/UE hija emendata kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 8, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c) 

ma tibqax tissodisfa l-kondizzjonijiet li fihom ingħatat l-awtorizzazzjoni, bħall-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-[Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *14 );

(2) 

l-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Dotazzjoni tal-kapital inizjali

''L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ma jagħtux awtorizzazzjoni jekk id-ditta tal-investiment ma jkollhiex biżżejjed kapital inizjali f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2019/2034. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *15 ), b'kunsiderazzjoni tan-natura tas-servizz jew tal-attività ta' investiment inkwistjoni.

(3) 

l-Artikolu 41 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 41

Għoti tal-awtorizzazzjoni

"1.  

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita d-ditta ta' pajjiż terzi, jew fejn ikollha l-intenzjoni li tistabbilixxi l-fergħa tagħha, għandha tagħti awtorizzazzjoni biss meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata li:

(a) 

il-kondizzjonijiet skont l-Artikolu 39 ikunu ssodisfati; u

(b) 

il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz tkun tista' tikkonforma mad-dispożizzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3.

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lid-ditta ta' pajjiż terz, fi żmien sitt xhur mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni kompluta, jekk l-awtorizzazzjoni tkunx ingħatat jew le.

2.  

Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tikkonforma mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 16 sa 20, 23, 24, 25 u 27, l-Artikolu 28(1) u l-Artikoli 30, 31 u 32 ta' din id-Direttiva u fl-Artikoli 3 sa 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 u l-miżuri adottati skonthom u għandha tkun soġġetta għas-superviżjoni tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu xi rekwiżiti addizzjonali fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa fir-rigward tal-materji koperti minn din id-Direttiva u ma għandhomx jittrattaw xi fergħa ta' ditti ta' pajjiżi terzi b'mod aktar favorevoli minn ditti mill-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-ESMA fuq bażi annwali bil-lista ta' fergħat ta' ditti ta' pajjiżi terzi attivi fit-territorju tagħhom.

L-ESMA għandha tippubblika kull sena lista ta' fergħat ta'pajjiżi terzi attivi fl-Unjoni, inkluż l-isem tad-ditta ta' pajjiż terz li tagħha tkun il-fergħa.

3.  

Il-fergħa tad-ditta ta' pajjiż terz li tkun awtorizzata skont il-paragrafu 1 għandha tirrapporta fuq bażi annwali lill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa mill-fergħa f'dak l-Istat Membru;

(b) 

għad-ditti ta' pajjiżi terzi li jwettqu l-attività elenkata fil-punt (3) tat-Taqsima A tal-Anness I, il-minimu tagħhom ta' kull xahar, l-iskopertura medja u massima għall-kontropartijiet tal-UE;

(c) 

għad-ditti ta' pajjiżi terzi li jipprovdu servizz wieħed jew iż-żewġ servizzi elenkati fil-punt (6) tat-Taqsima A tal-Anness I, il-valur totali tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw minn kontropartijiet tal-UE sottoskritti jew li tqiegħdu abbażi ta' impenn sod tul it-12-il xahar preċedenti;

(d) 

il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondu għas-servizzi u l-attivitajiet li ssir referenza għalihom fil-punt (a);

(e) 

deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti ta' protezzjoni tal-investituri disponibbli għall-klijenti tal-fergħa, inklużi d-drittijiet ta' dawk il-klijenti li joħorġu mill-iskema ta' kumpens lill-investitur msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 39(2);

(f) 

il-politika u l-arranġamenti tagħhom dwar il-ġestjoni tar-riskju applikati mill-fergħa għas-servizzi u l-attivitajiet li ssir referenza għalihom fil-punt (a).

(g) 

l-arranġamenti ta' governanza, inkluż id-detenturi tal-funzjoni prinċipali għall-attivitajiet tal-fergħa;

(h) 

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġa biex ikun jista' jsir monitoraġġ komprensiv tal-attivitajiet tal-fergħa.

4.  

Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-ESMA l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat awtorizzati f'konformità mal-paragrafu 1 u kwalunkwe bidla sussegwenti għal tali awtorizzazzjoni;

(b) 

l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa minn fergħa awtorizzata fl-Istat Membru;

(c) 

il-fatturat u l-assi totali li jikkorrispondu għas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (b);

(d) 

l-isem tal-grupp ta' pajjiż terz li tkun tappartjeni għalih il-fergħa awtorizzata.

5.  
L-awtoritajiet kompetenti li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet li jkunu parti mill-istess grupp li lilhom ikunu jappartjenu il-fergħat ta' ditti minn pajjiżi terzi awtorizzati skont il-paragrafu 1, u l-ESMA u l-ABE għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li l-attivitajiet kollha ta' dak il-grupp fl-Unjoni jkunu soġġetti għal superviżjoni komprensiva, konsistenti u effettiva skont din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, ir-Regolament (UE) 2019/2033, id-Direttiva 2013/36/UE, u d-Direttiva (UE) 2019/2034.
6.  

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-format li fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun irrappurtata.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa tat-26 ta' Settembru 2020.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;

(4) 

l-Artikolu 42 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 42

Għoti ta' servizzi fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn klijent konsumatur jew klijent professjonali fit-tifsira tat-Taqsima II tal-Anness II stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu l-għoti ta' servizz jew attività ta' investiment minn ditta ta' pajjiż terz, ir-rekwiżit għall-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 39 ma għandux japplika għall-għoti ta' dak is-servizz jew attività mid-ditta tal-pajjiż terz lil dik il-persuna, inkluż relazzjoni marbuta speċifikament mal-għoti ta' dak is-servizz jew attività.

Mingħajr preġudizzju għar-relazzjonijiet intragrupp, meta ditta ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' entità li taġixxi f'isimha jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma' tali ditta ta' pajjiż terz jew ma' kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f'isem tali entità, tfittex klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni, dan m'għandux jitqies bħala servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva proprja esklussiva tal-klijent.

2.  
Inizjattiva minn klijent kif imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandhiex tagħti s-setgħa lid-ditta ta' pajjiż terz biex tikkummerċjalizza kategoriji ġodda ta' prodotti ta' investiment jew servizzi ta' investiment lil dak il-klijent b'mod ieħor mhux permezz tal-fergħa, fejn wieħed huwa meħtieġ, skont il-liġi nazzjonali.”;
(5) 

fl-Artikolu 49, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.  
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-swieq regolati jadottaw reġimi għall-fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet fis-swieq tal-ishma, tal-irċevuti tad-depożitarji, tal-fondi nnegozjati fil-Borża, taċ-ċertifikati u ta' strumenti finanzjarji simili oħra u fi strumenti finanzjarji oħra li għalihom jiġu żviluppati standards tekniċi regolatorji skont il-paragrafu 4. L-applikazzjoni ta' fluttwazzjoni minima fil-prezzijiet m'għandhiex twaqqaf lis-swieq regolati milli jqabblu ordnijiet fuq skala kbira f'nofs il-proċess skont il-prezzijiet attwali tat-talba u tal-offerta.”;
(6) 

fl-Artikolu 81(3), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a) 

biex jivverifikaw li huma ssodisfati l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tan-negozju tad-ditti tal-investiment u biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-kondotta ta' dak in-negozju, il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern;”;

(7) 

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 95a

Dispożizzjoni tranżitorja dwar l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE meta l-assi totali previsti ta' impriża li tkun applikat għal awtorizzazzjoni skont it-Titolu II ta' din id-Direttiva qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja biex twettaq l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I ikunu ugwali għal jew jaqbżu l-EUR 30 biljun, u jinnotifikaw lill-applikant b'dan.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.