+Artikolu 13 4.

Artikolu 13 4.

L-ABE, f’konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi supplimentat il-kalkolu tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 li jinkludi mill-inqas il-punti li ġejjin għat-tnaqqis:

(a) 

bonuses tal-persunal u remunerazzjoni oħra, sa fejn jiddependu fuq il-profitt nett tad-ditta tal-investiment fis-sena rispettiva;

(b) 

l-ishma tal-impjegati, tad-diretturi u tas-sħab fil-profitti;

(c) 

approprjazzjonijiet oħra ta’ profitti u remunerazzjoni varjabbli oħra, sal-punt li jkunu kompletament diskrezzjonali;

(d) 

kummissjoni u tariffi kondiviżi pagabbli li huma direttament relatati ma’ kummissjoni u tariffi riċevibbli, li huma inklużi fid-dħul totali, u fejn il-ħlas tal-kummissjoni u t-tariffi pagabbli huwa kontinġenti fuq ir-riċevuta nnifisha tal-kummissjoni u t-tariffi riċevibbli;

(e) 

tariffi lill-aġenti marbuta;

(f) 

spejjeż mhux rikorrenti minn attivitajiet mhux ordinarji.

L-ABE għandha tispeċifika wkoll għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu l-kunċett ta’ bidla materjali.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2020.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.