|
+Artikolu 15 5. |
Artikolu 15 5.Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u tikkunsidra l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, l-ABE għandha, f'konsultazzjoni mal-ESMA, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex:
(a)
tispeċifika l-metodi għall-kejl tal-fatturi-K fit-Titolu II tat-Tielet Parti;
(b)
tispeċifika l-kunċett ta' kontijiet segregati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għall-kundizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-flus tal-klijenti fil-każ tal-falliment ta' ditta tal-investiment;
(c)
tispeċifika l-aġġustamenti għall-koeffiċjenti K-DTF imsemmija fit-Tabella 1 tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fil-każ li, f’kundizzjonijiet ta' stress tas-suq kif imsemmi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/578 ( 9 ), ir-rekwiżiti K-DTF jidhru li huma restrittivi żżejjed u ta' detriment għall-istabbiltà finanzjarja. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|