+Artikolu 15 Rekwiżit tal-fattur-K u koeffiċjenti applikabbli
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
|
Artikolu 15 Rekwiżit tal-fattur-K u koeffiċjenti applikabbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 11(1), ir-rekwiżit tal-fattur-K għandu jammonta għal mill-inqas is-somma ta’ dawn li ġejjin:
(a)
Il-fatturi-K tar-Riskju għall-Klijent (RtC) ikkalkolati skont il-Kapitolu 2;
(b)
Il-fatturi-K tar-Riskju għas-Suq (RtM) ikkalkolati skont il-Kapitolu 3;
(c)
Il-fatturi-K tar-Riskju għad-Ditta (RtF) ikkalkolati skont il-Kapitolu 4.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Il-koeffiċjenti li ġejjin għandhom japplikaw għall-fatturi-K korrispondenti:
Tabella 1
|
FATTURI-K
|
KOEFFIĊJENT
|
|
Assi mmaniġġati kemm permezz ta’ mmaniġġar ta’ portafolli diskrezzjonali kif ukoll permezz ta’ arranġamenti konsultattivi mhux diskrezzjonali ta’ natura kontinwa
|
K-AUM
|
0.02 %
|
|
Flus tal-klijenti miżmuma
|
K-CMH (fuq kontijiet segregati)
|
0.4 %
|
|
K-CMH (fuq kontijiet mhux segregati)
|
0.5 %
|
|
Assi ssalvagwardjati u amministrati
|
K-ASA
|
0.04 %
|
|
Ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati
|
Negozji fi flus ta’ K-COH
|
0.1 %
|
|
|
derivati ta’ K-COH
|
0.01 %
|
|
Fluss tan-negozjar ta’ kuljum
|
Negozji fi flus ta’ K-DTF
|
0.1 %
|
|
|
derivati ta’ K-DTF
|
0.01 %
|
|
|
Artikolu 15 3.
|
Ditti tal-investiment għandhom jimmonitorjaw il-valur tal-fatturi-K tagħhom għal kwalunkwe xejra li tista’ tħallihom b’rekwiżit tal-fondi proprji materjalment differenti għall-finijiet tal-Artikolu 11 tal-perjodu ta’ rapportar li ġej skont il-Parti Sebgħa u għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom dwar dak ir-rekwiżit tal-fondi proprji materjalment differenti.
|
|
Artikolu 15 4.
|
Jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li kien hemm tibdil materjali fl-attivitajiet kummerċjali ta’ ditta tal-investiment li jħalli impatt fuq l-ammont ta’ fattur-K rilevanti, dawn jistgħu jaġġustaw l-ammont korrispondenti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
|
|
Artikolu 15 5.
|
Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u tikkunsidra l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, l-ABE għandha, f'konsultazzjoni mal-ESMA, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex:
(a)
tispeċifika l-metodi għall-kejl tal-fatturi-K fit-Titolu II tat-Tielet Parti;
(b)
tispeċifika l-kunċett ta' kontijiet segregati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għall-kundizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-flus tal-klijenti fil-każ tal-falliment ta' ditta tal-investiment;
(c)
tispeċifika l-aġġustamenti għall-koeffiċjenti K-DTF imsemmija fit-Tabella 1 tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fil-każ li, f’kundizzjonijiet ta' stress tas-suq kif imsemmi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/578 (
9
), ir-rekwiżiti K-DTF jidhru li huma restrittivi żżejjed u ta' detriment għall-istabbiltà finanzjarja.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|