+Artikolu 25 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
|
Artikolu 25 Kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
Din it-Taqsima tapplika għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li ġejjin:
(a)
kuntratti tad-derivati elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:
(i)
kuntratti tad-derivati kklerjati direttament jew indirettament permezz ta’ kontroparti ċentrali (CCP) meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
—
il-pożizzjonijiet u l-assi tad-ditta tal-investiment relatati ma’ dawk il-kuntratti jkunu distinti u segregati, fil-livell kemm tal-membru tal-ikklirjar kif ukoll tas-CCP, mill-pożizzjonijiet u l-assi kemm tal-membru tal-ikklirjar kif ukoll tal-klijenti l-oħra ta’ dak il-membru tal-ikklirjar u bħala konsegwenza ta’ dik id-distinzjoni u s-segregazzjoni dawk il-pożizzjonijiet u l-assi jkunu protetti f’każ ta’ falliment skont il-liġi nazzjonali f’każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru tal-ikklirjar jew ta’ wieħed jew aktar mill-klijenti l-oħra tiegħu;
—
il-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli u l-arranġamenti kuntrattwali applikabbli jew vinkolanti fuq il-membru tal-ikklirjar jiffaċilitaw it-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijent relatati ma’ dawk il-kuntratti u tal-kollateral korrispondenti lil membru tal-ikklirjar ieħor fil-perijodu b’riskju ta’ marġni applikabbli fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru tal-ikklirjar oriġinali;
—
id-ditta tal-investiment tkun kisbet opinjoni legali indipendenti, miktuba u raġunata li tikkonkludi li, fil-każ ta’ kontestazzjoni legali, id-ditta tal-investiment ma tbati l-ebda telf minħabba l-insolvenza tal-membru tal-ikklirjar tagħha jew ta’ kwalunkwe klijent tal-membru tal-ikklirjar tagħha;
(ii)
kuntratti tad-derivati nnegozjati fil-borża;
(iii)
kuntratti tad-derivati miżmumin biex tiġi ħħeġġjata pożizzjoni tad-ditta tal-investiment li tirriżulta minn attività tal-portafoll mhux tan-negozjar;
(b)
tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul;
(c)
tranżazzjonijiet ta’ riakkwist;
(d)
transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet;
(e)
transazzjonijiet ta’ self b’marġini;
(f)
kwalunkwe tip ieħor ta’ SFT;
(g)
il-krediti u s-self imsemmija fil-punt (2) tat-Taqsima B tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, jekk id-ditta tal-investiment qed twettaq il-kummerċ f’isem il-klijent jew qed tirċievi u tittrażmetti l-ordni mingħajr l-eżekuzzjoni tagħha.
Għall-finijiet tal-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu, il-kuntratti tad-derivati kklerjati direttament jew indirettament permezz ta’ QCCP għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-punt.
|
|
Artikolu 25 2.
|
It-tranżazzjonijiet mat-tipi ta’ kontropartijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu ta' K-TCD:
(a)
gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, fejn l-iskoperturi sottostanti jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 114 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
banek multilaterali tal-iżvilupp elenkati fl-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 25 3.
|
Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, ditta tal-investiment tista’ teskludi mill-ambitu tal-kalkolu ta' K-TCD it-tranżazzjonijiet ma’ kontroparti li tkun l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha, sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha jew impriża marbuta b’relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-approvazzjoni jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfatti:
(a)
il-kontroparti hija istituzzjoni ta’ kreditu, ditta tal-investiment, jew istituzzjoni finanzjarja, soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa;
(b)
il-kontroparti hija inkluża fl-istess konsolidazzjoni prudenzjali tad-ditta tal-investiment fuq bażi sħiħa skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, jew il-kontroparti u d-ditta tal-investiment ikunu sorveljati għall-konformità mat-test tal-kapital ta’ grupp skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament;
(c)
il-kontroparti tkun soġġetta għall-istess proċeduri għall-evalwazzjoni tar-riskju, ta’ kalkolu u ta’ kontrolli bħad-ditta tal-investiment;
(d)
il-kontroparti tkun stabbilita fl-istess Stat Membru bħad-ditta tal-investiment;
(e)
ma jkun hemm l-ebda impediment legali, materjali jew prattiku kurrenti jew previst għat-trasferiment immedjat tal-fondi proprji jew għar-ripagament ta’ obbligazzjonijiet mill-kontroparti għad-ditti tal-investiment.
|
|
Artikolu 25 4.
|
B’deroga minn din it-Taqsima, ditta tal-investiment tista’, soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivati elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) sa (f) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu billi tapplika wieħed mill-metodi stabbiliti fit-[Taqsimiet 3, 4 jew 5, Kapitolu 6, Titolu II, Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013] u tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji relatati billi timmultiplika l-valur tal-iskopertura bil-fattur tar-riskju definit għal kull tip ta’ kontroparti kif stabbilit fit-Tabella 2 fl-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament. Id-ditti tal-investiment inklużi fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżit tal-fondi proprji relatat billi jimmultiplikaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, ikkalkulati skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bi 8 %.
|
|
Artikolu 25 5.
|
Meta japplikaw id-deroga fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, id-ditti tal-investiment għandhom japplikaw ukoll fattur ta’ aġġustament tal-valutazzjoni tal-kreditu (CVA) billi jimmultiplikaw ir-rekwiżit tal-fondi proprji, ikkalkulat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, mis-CVA kkalkulat skont l-Artikolu 32. Aktar milli japplikaw il-multiplikatur tal-fattur CVA, id-ditti tal-investiment inklużi fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu f'konformità mat-Titolu VI tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|