+Artikolu 25 1.

Artikolu 25 1.

Din it-Taqsima tapplika għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

kuntratti tad-derivati elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(i) 

kuntratti tad-derivati kklerjati direttament jew indirettament permezz ta’ kontroparti ċentrali (CCP) meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

— 
il-pożizzjonijiet u l-assi tad-ditta tal-investiment relatati ma’ dawk il-kuntratti jkunu distinti u segregati, fil-livell kemm tal-membru tal-ikklirjar kif ukoll tas-CCP, mill-pożizzjonijiet u l-assi kemm tal-membru tal-ikklirjar kif ukoll tal-klijenti l-oħra ta’ dak il-membru tal-ikklirjar u bħala konsegwenza ta’ dik id-distinzjoni u s-segregazzjoni dawk il-pożizzjonijiet u l-assi jkunu protetti f’każ ta’ falliment skont il-liġi nazzjonali f’każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru tal-ikklirjar jew ta’ wieħed jew aktar mill-klijenti l-oħra tiegħu;
— 
il-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli u l-arranġamenti kuntrattwali applikabbli jew vinkolanti fuq il-membru tal-ikklirjar jiffaċilitaw it-trasferiment tal-pożizzjonijiet tal-klijent relatati ma’ dawk il-kuntratti u tal-kollateral korrispondenti lil membru tal-ikklirjar ieħor fil-perijodu b’riskju ta’ marġni applikabbli fil-każ ta’ inadempjenza jew insolvenza tal-membru tal-ikklirjar oriġinali;
— 
id-ditta tal-investiment tkun kisbet opinjoni legali indipendenti, miktuba u raġunata li tikkonkludi li, fil-każ ta’ kontestazzjoni legali, id-ditta tal-investiment ma tbati l-ebda telf minħabba l-insolvenza tal-membru tal-ikklirjar tagħha jew ta’ kwalunkwe klijent tal-membru tal-ikklirjar tagħha;
(ii) 

kuntratti tad-derivati nnegozjati fil-borża;

(iii) 

kuntratti tad-derivati miżmumin biex tiġi ħħeġġjata pożizzjoni tad-ditta tal-investiment li tirriżulta minn attività tal-portafoll mhux tan-negozjar;

(b) 

tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul;

(c) 

tranżazzjonijiet ta’ riakkwist;

(d) 

transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet;

(e) 

transazzjonijiet ta’ self b’marġini;

(f) 

kwalunkwe tip ieħor ta’ SFT;

(g) 

il-krediti u s-self imsemmija fil-punt (2) tat-Taqsima B tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, jekk id-ditta tal-investiment qed twettaq il-kummerċ f’isem il-klijent jew qed tirċievi u tittrażmetti l-ordni mingħajr l-eżekuzzjoni tagħha.

Għall-finijiet tal-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu, il-kuntratti tad-derivati kklerjati direttament jew indirettament permezz ta’ QCCP għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak il-punt.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.