+Artikolu 30 2.

Artikolu 30 2.

Il-valur tal-kollateral għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

(a) 

għall-finijiet tal-punti (a), (e) u (g) tal-Artikolu 25(1), bl-ammont ta’ kollateral riċevut mid-ditta tal-investiment mill-kontroparti tagħha mnaqqas f'konformità mat-Tabella 4;

(b) 

għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (b), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 25(1), mis-somma tas-CMV tal-parti tas-sigurtà u l-ammont nett ta’ kollateral depożitat jew riċevut mid-ditta tal-investiment.

Għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, fejn iż-żewġ partijiet tat-tranżazzjoni huma titoli, il-kollateral jiġi determinat bis-CMV tal-garanzija mislufa mid-ditta tal-investiment.

Meta d-ditta tal-investiment tkun qed tixtri jew tkun silfet it-titolu, is-CMV tal-garanzija għandu jiġi ttrattat bħala ammont negattiv u għandu jitnaqqas għal ammont negattiv akbar, bl-użu tal-aġġustament tal-volatilità fit-Tabella 4. Meta d-ditta tal-investiment tkun qed tbigħ jew tkun isselfet it-titolu, is-CMV tal-garanzija għandu jiġi ttrattat bħala ammont pożittiv u jitnaqqas billi jintuża l-aġġustament tal-volatilità fit-Tabella 4.

Fejn tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet huma koperti minn ftehim ta’ netting kuntrattwali, soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31, l-aġġustamenti tal-volatilità applikabbli għal ''tranżazzjonijiet oħrajn'' tat-Tabella 4 għandhom jiġu applikati għall-ammonti rispettivi kkalkulati skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi ta’ emittent fi ħdan kull klassi ta’ assi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.