|
+Artikolu 31 Netting |
Artikolu 31 NettingArtikolu 31 Netting Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, ditta tal-investiment tista’, l-ewwel, tittratta kuntratti bi tlaqqigħ perfett inklużi fi ftehim ta’ netting daqslikieku kienu kuntratt wieħed bi prinċipal nozzjonali ekwivalenti għar-riċevuti netti, it-tieni, tagħmel netting ta’ tranżazzjonijiet oħra soġġetti għan-novazzjoni li skont dawn l-obbligi kollha bejn id-ditta tal-investiment u l-kontroparti tagħha huma amalgamati b’mod awtomatiku b’tali mod li n-novazzjoni legalment tissostitwixxi ammont nett wieħed uniku għall-obbligi gross preċedenti, u t-tielet, tinnettja tranżazzjonijiet oħra fejn id-ditta tal-investiment tiżgura li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
kuntratt ta’ kalkolu tal-valur nett mal-kontroparti jew ftehim ieħor li joħloq obbligu legali wieħed ikopri t-tranżazzjonijiet inklużi kollha, b'tali mod li d-ditta tal-investiment ikollha pretensjoni li tirċievi jew obbligu li tħallas biss is-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi tal-valwazzjoni skont is-suq ta’ tranżazzjonijiet individwali inklużi f’każ li kontroparti tonqos milli teżegwixxi minħabba waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:
(i)
inadempjenza;
(ii)
falliment;
(iii)
likwidazzjoni; jew
(iv)
ċirkustanzi simili;
(b)
il-kuntratt ta’ kalkolu tal-valur nett ma jkun fih l-ebda klawżola li, f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti, tippermetti lil kontroparti mhux inadempjenti tagħmel pagamenti limitati biss, jew l-ebda pagament, lill-proprjetà tal-parti inadempjenti, anki jekk il-parti inadempjenti tkun kreditur nett;
(c)
id-ditta tal-investiment tkun kisbet opinjoni ġuridika indipendenti, miktuba u mmotivata li, f’każ ta’ kontestazzjoni legali tal-ftehim ta’ netting, il-pretensjonijiet u l-obbligi tad-ditta tal-investiment ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punt (a) skont ir-reġim legali li ġej:
(i)
il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tkun inkorporata l-kontroparti;
(ii)
jekk tkun involuta fergħa barranija ta’ kontroparti, il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-fergħa;
(iii)
il-liġi li tirregola t-tranżazzjonijiet individwali inklużi fil-ftehim ta’ netting; jew
(iv)
il-liġi li tirregola kwalunkwe kuntratt jew ftehim neċessarju biex iseħħ in-netting. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|