|
+Artikolu 41 1. |
Artikolu 41 1.L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 37:
(a)
skoperturi li huma kompletament imnaqqsa mill-fondi proprji ta’ ditta tal-investiment;
(b)
skoperturi mġarrba matul il-perkors ordinarju tas-saldu tas-servizzi ta’ pagament, tranżazzjonijiet ta’ munita barranija, tranżazzjonijiet ta’ titoli u l-forniment ta’ trażmissjoni ta’ flus;
(c)
skoperturi li jikkostitwixxu pretensjonijiet kontra:
(i)
gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, entitajiet tas-settur pubbliku, organizzazzjonijiet internazzjonali jew banek multilaterali tal-iżvilupp u skoperturi garantiti minn tali persuni jew attribwibbli għalihom, meta dawk l-iskoperturi jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikoli 114 sa 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(ii)
il-gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali ta' pajjiżi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea;
(iii)
kontropartijiet ċentrali u kontribuzzjonijiet għal fondi tal-inadempjenza għal kontropartijiet ċentrali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|