+Artikolu 41 Esklużjonijiet
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.

Artikolu 41 Esklużjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 41 1.

L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 37:

(a) 

skoperturi li huma kompletament imnaqqsa mill-fondi proprji ta’ ditta tal-investiment;

(b) 

skoperturi mġarrba matul il-perkors ordinarju tas-saldu tas-servizzi ta’ pagament, tranżazzjonijiet ta’ munita barranija, tranżazzjonijiet ta’ titoli u l-forniment ta’ trażmissjoni ta’ flus;

(c) 

skoperturi li jikkostitwixxu pretensjonijiet kontra:

(i) 

gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, entitajiet tas-settur pubbliku, organizzazzjonijiet internazzjonali jew banek multilaterali tal-iżvilupp u skoperturi garantiti minn tali persuni jew attribwibbli għalihom, meta dawk l-iskoperturi jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikoli 114 sa 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

il-gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali ta' pajjiżi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(iii) 

kontropartijiet ċentrali u kontribuzzjonijiet għal fondi tal-inadempjenza għal kontropartijiet ċentrali.

Artikolu 41 2.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw b'mod sħiħ jew parzjali l-iskoperturi li ġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikolu 37:

(a) 

bonds koperti;

(b) 

skoperturi mġarrba minn ditta tal-investiment għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta’ dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess, sakemm dawk l-impriżi jkunu sorveljati fuq bażi konsolidata, f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu sorveljati għall-konformità mat-test tal-kapital tal-grupp, skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, jew ikunu sorveljati skont standards ekwivalenti fis-seħħ f’pajjiż terz, u dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

ma hemm l-ebda impediment prattiku jew ġuridiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta’ kapital jew ħlas lura ta’ obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali; u

(ii) 

il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jinkludu lill-entità tas-settur finanzjarju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.