|
+Artikolu 41 2. |
Artikolu 41 2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw b'mod sħiħ jew parzjali l-iskoperturi li ġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikolu 37:
(a)
bonds koperti;
(b)
skoperturi mġarrba minn ditta tal-investiment għall-impriża prinċipali tagħha, għal sussidjarji oħra ta’ dik l-impriża prinċipali jew għas-sussidjarji tagħha stess, sakemm dawk l-impriżi jkunu sorveljati fuq bażi konsolidata, f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ikunu sorveljati għall-konformità mat-test tal-kapital tal-grupp, skont l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, jew ikunu sorveljati skont standards ekwivalenti fis-seħħ f’pajjiż terz, u dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
ma hemm l-ebda impediment prattiku jew ġuridiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta’ kapital jew ħlas lura ta’ obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali; u
(ii)
il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskju tal-impriża prinċipali jinkludu lill-entità tas-settur finanzjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|