+Artikolu 52 1.

Artikolu 52 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE)2019/2034 jiżvelaw dan li ġej f'konformità mal-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament:

(a) 

il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma direttament jew indirettament mid-ditta tal-investiment, imqassma skont l-Istat Membru u s-settur;

(b) 

deskrizzjoni sħiħa tal-imġiba tal-vot fil-laqgħat ġenerali tal-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f'konformità mal-paragrafu 2, spjegazzjoni tal-voti, u l-proporzjon tal-proposti mressqa mill-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpannija li tkun approvat id-ditta tal-investiment; u

(c) 

spjegazzjoni tal-użu ta’ ditti konsultattivi bi prokura;

(d) 

il-linji gwida tal-votazzjoni fir-rigward tal-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f'konformità mal-paragrafu 2.

Ir-rekwiżit ta' divulgazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk l-arranġamenti kuntrattwali tal-azzjonisti kollha rappreżentati mid-ditta tal-investiment fil-laqgħa tal-azzjonisti ma jawtorizzawx lid-ditta tal-investiment tivvota f'isimhom sakemm ma jingħatawx ordnijiet ta' votazzjoni espressi mill-azzjonisti wara li jirċievu l-aġenda tal-laqgħa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.