+Artikolu 52 Politika ta' investiment
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
|
Artikolu 52 Politika ta' investiment
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 52 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE)2019/2034 jiżvelaw dan li ġej f'konformità mal-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament:
(a)
il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma direttament jew indirettament mid-ditta tal-investiment, imqassma skont l-Istat Membru u s-settur;
(b)
deskrizzjoni sħiħa tal-imġiba tal-vot fil-laqgħat ġenerali tal-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f'konformità mal-paragrafu 2, spjegazzjoni tal-voti, u l-proporzjon tal-proposti mressqa mill-korp amministrattiv jew maniġerjali tal-kumpannija li tkun approvat id-ditta tal-investiment; u
(c)
spjegazzjoni tal-użu ta’ ditti konsultattivi bi prokura;
(d)
il-linji gwida tal-votazzjoni fir-rigward tal-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f'konformità mal-paragrafu 2.
Ir-rekwiżit ta' divulgazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk l-arranġamenti kuntrattwali tal-azzjonisti kollha rappreżentati mid-ditta tal-investiment fil-laqgħa tal-azzjonisti ma jawtorizzawx lid-ditta tal-investiment tivvota f'isimhom sakemm ma jingħatawx ordnijiet ta' votazzjoni espressi mill-azzjonisti wara li jirċievu l-aġenda tal-laqgħa.
|
|
Artikolu 52 2.
|
Id-ditta tal-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma ma' dak il-paragrafu fir-rigward biss ta’ kull kumpannija li l-ishma tagħha huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat u fir-rigward biss ta' dawk l-ishma li magħhom huma marbuta d-drittijiet tal-vot, meta l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot li d-ditta tal-investiment ikollha direttament jew indirettament iżżomm, taqbeż il-livell limitu ta’ 5 % tad-drittijiet kollha tal-vot marbuta mal-ishma maħruġa mill-kumpannija. Id-drittijiet tal-vot għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ishma kollha li magħhom ikunu marbuta drittijiet tal-vot, anke jekk ikun sospiż l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet tal-vot.
|
|
Artikolu 52 3.
|
L-ABE, f'konsultazzjoni mal-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika mudelli għad-divulgazzjoni skont il-paragrafu 1. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Ġunju 2021. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|