|
+Artikolu 62 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 |
Artikolu 62 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013Artikolu 62 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:
(1)
it-titolu jinbidel b'dan li ġej:”. “Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012”;
(2)
fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“5.
Meta japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) u 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*3
) fir-rigward tad-ditti tal-investiment msemmija f'dawk il-paragrafi, l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*4
) għandhom jittrattaw lil dawk id-ditti tal-investiment daqs li kieku kienu ''istituzzjonijiet'' skont dan ir-Regolament.
(3)
l-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(1)
‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser impriża li n-negozju tagħha jikkonsisti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
li tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il-pubbliku u tagħti krediti f’isimha stess;
(b)
li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *5 ), fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin, iżda l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriża tal-investiment kollettiv jew impriża tal-assigurazzjoni:
(i)
il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriża ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun;
(ii)
il-valur totali tal-assi tal-impriża jkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha f'dak il-grupp li individwalment ikollhom assi totali ta' anqas minn EUR 30 biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun; jew
(iii)
il-valur totali tal-assi tal-impriża jkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE jkun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun, fejn is-superviżur tal-konsolidazzjoni f’konsultazzjoni mal-kollega superviżur jiddeċiedu hekk sabiex jindirizzaw riskji potenzjali ta’ ċirkomvenzjoni u riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni; għall-finijiet tal-punti (b)(ii) u (b)(iii), meta l-impriża tkun parti minn grupp ta' pajjiż terz, l-assi totali ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzati fl-Unjoni jiġu inklużi fil-valur totali kkombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp;
(b)
il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(2)
‘ditta tal-investiment’ tfisser ditta tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li tkun awtorizzata skont dik id-Direttiva iżda teskludi l-istituzzjonijiet ta” kreditu;''
(c)
il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(3)
‘istituzzjoni’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE jew impriża kif imsemmi fl-Artikolu 8a(3);”;
(d)
il-punt (4) jitħassar;
(e)
il-punt (26) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(26)
''istituzzjoni finanzjarja'' tfisser impriża għajr istituzzjoni u għajr kumpannija holding industrijali pura, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15, tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża ditta tal-investiment, kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *6 ), u kumpannija tal-ġestjoni tal-assi, iżda esklużi kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definit fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;
(f)
il-punt (29a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(29a)
‘ditta tal-investiment prinċipali fi Stat Membru’ tfisser impriża prinċipali fi Stat Membru li hija ditta tal-investiment;”;
(g)
il-punt (29b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(29b)
‘ditta tal-investiment prinċipali tal-UE’ tfisser impriża prinċipali tal-UE li hija ditta tal-investiment;”;
(h)
il-punt (51) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(51)
‘kapital inizjali’ tfisser l-ammont u t-tipi ta’ fondi proprji speċifikati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/36/UE;”;
(i)
il-punt (60) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(60)
‘strument ta’ flus assimilat’ tfisser ċertifikat ta’ depożitu, bond. li jinkludi bond kopert jew kwalunkwe strument mhux subordinat ieħor, li nħareġ minn istituzzjoni jew ditta tal-investiment, li għaliha l-istituzzjoni jew id-ditta tal-investiment diġà tkun irċeviet pagament sħiħ u li għandu jiġi rimborżat mingħajr kondizzjonijiet mill-istituzzjoni jew id-ditta tal-investiment bil-valur nominali tiegħu;”;
(j)
fil-punt (72), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
huwa suq regolat jew suq ta' pajjiż terz li huwa kkunsidrat ekwivalenti għal suq regolat skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;”;
(k)
jiżdied il-punt li ġej:
“(150)
‘negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet’ tfisser impriża li n-negozju prinċipali tagħha jikkonsisti esklużivament fil-forniment ta’ servizzi jew ta’ attivitajiet ta’ investiment relatati ma’ derivati ta’ komoditajiet jew ma’ kuntratti ta’ derivati ta’ komoditajiet imsemmija fil-punti (5), (6), (7), (9) u (10), derivati tal-kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 4, jew kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 11 tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;”;
(4)
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sitta u fil-punt (d) tal-artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali. L-istituzzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 413(1) u r-rekwiżiti ta' rapportar dwar il-likwidità assoċjati stabbiliti fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament:
(a)
l-istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(b)
istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *7 ), sakemm dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni tal-maturità sinifikanti; u
(c)
istituzzjonijiet li huma deżinjati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li:
(i)
l-attivitajiet tagħhom huma limitati sabiex joffru servizzi ta' tip bankarju, kif imsemmi fit-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament, għal depożitorji ċentrali tat-titoli awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament; u
(ii)
dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjonijiet tal-maturità sinifikanti.”;
(b)
il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“5.
L-istituzzjonijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu eżerċitaw id-deroga speċifikata fl-Artikolu 7(1) jew (3) ta' dan ir-Regolament u l-istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sebgħa u r-rekwiżiti ta' rapportar dwar il-proporzjon tal-ingranaġġ assoċjat stabbilit fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.”;
(5)
jiddaħħal l-artikolu li ġej fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed: “Artikolu 10a L-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata fejn id-ditti tal-investiment huma impriżi prinċipali Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, id-ditti tal-investiment għandhom jitqiesu bħala kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru jew f’kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-Unjoni meta tali ditti tal-investiment ikunu impriżi prinċipali ta’ istituzzjoni jew ta’ ditta tal-investiment soġġetta għal dan ir-Regolament li hija msemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033.”;
(6)
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 4 hu sostitwit b'dan li ġej:
“4.
L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom meta l-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment waħda jew iktar li huma awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE. Meta tkun ingħatat rinunzja skont l-Artikolu 8(1) sa (5), l-istituzzjonijiet u, fejn applikabbli, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma parti minn sottogrupp ta' likwidità għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata jew fuq il-bażi subkonsolidata tas-sottogrupp ta' likwidità.”;
(7)
l-Artikoli 15, 16 u 17 huma mħassra;
(8)
fl-Artikolu 81(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
istituzzjoni;
(ii)
impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;
(iii)
kumpannija holding finanzjarja intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja li tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bai sub-konsolidata, kumpannija holding tal-investiment intermedja li tkun soġġetta għar-rekwiiti tar-Regolament (UE) 2019/2033 fuq bażi konsolidata;
(iv)
ditta tal-investiment;
(v)
kumpannija holding finanzjarja intermedja f'pajjiż terz, dment li dik il-kumpannija holding finanzjarja intermedja tkun soġġetta għar-rekwiżiti prudenzjali li jkunu daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 107(4) li tiddetermina li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;”;
(9)
fl-Artikolu 82, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
istituzzjoni;
(ii)
impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;
(iii)
kumpannija holding finanzjarja intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedjali tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi sub-konsolidata, jew kumpannija holding tal-investiment intermedja li tkun soġġetta għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/2033 fuq bażi konsolidata;
(iv)
ditta tal-investiment;
(v)
kumpannija holding finanzjarja intermedja f'pajjiż terz, dment li dik il-kumpannija holding finanzjarja intermedja tkun soġġetta għar-rekwiżiti prudenzjali li jkunu daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 107(4) li tiddetermina li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;”;
(10)
l-Artikolu 84 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ interessi minoritarji ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni billi jnaqqsu mill-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b), kif ġej:
(a)
il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
(i)
l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta' dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:
—
is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni,
—
meta s-sussidjarja tkun ditta tal-investiment, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE)2019/2034 u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi, sa fejn dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;
(ii)
l-ammont tal-kapital konsolidat ta’ kapital Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jirrelata għal dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;
(b)
l-interessi minoritarji tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-entrati kollha ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ dik l-impriża.”;
(b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, kif applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-interess minoritarju fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandux ikun rikonoxxut f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.”;
(11)
l-Artikolu 85 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
(a)
il-kapital ta’ Grad 1 tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
(i)
l-ammont tal-kapital Grad 1 tas-sussidjarja li jkun meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:
—
is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-Kapital ta’ Grad 1,
—
meta s-sussidjarja tkun ditta tal-investiment, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sa fejn dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital Grad 1;
(ii)
l-ammont tal-kapital konsolidat tal-Grad 1 relatat mas-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta’ Grad 1;
(b)
il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-entrati kollha ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża.”;
(b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, fejn applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/2033,l-istrumenti ta’ Grad 1 fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.”;
(12)
l-Artikolu 87 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
(a)
il-fondi proprji tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
(i)
l-ammont ta' fondi proprji tas-sussidjarja meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:
—
is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi,
—
meta s-sussidjarja tkun ditta tal-investiment, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2019/2034, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi;
(ii)
l-ammont tal-fondi proprji li jirrigwarda s-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi;
(b)
il-fondi proprji kwalifikattivi tal-impriża, espressi bħala perċentwal tas-somma tal-entrati kollha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-entrati tal-Grad 2, bl-esklużjoni tal-ammonti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 62, ta’ dik l-impriża.”;
(b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, kif applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament 2019/2033], l-istrumenti ta’ fondi proprji fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.”;
(13)
l-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:
(a)
jitħassar il-paragrafu 3;
(b)
il-paragrafi 4, 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:
“4.
Fejn il-kontroll ta’ istituzzjoni li taqa’ fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2 jittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika minbarra mill-persuna li preċedentement kienet tikkontrolla l-istituzzjoni, l-ammont tal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni għandu jilħaq l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ.
5.
Fejn ikun hemm fużjoni ta’ żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jaqgħu fil-kategorija msemmija fil-paragrafi 2, l-ammont tal-fondi proprji tal-istituzzjoni bħala riżultat tal-fużjoni ma għandux jaqa’ taħt it-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet fużi meta tkun saret il-fużjoni, sakemm l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ ma jkunx intlaħaq.
6.
Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun meħtieġ li biex jiżguraw is-solvenza ta’ istituzzjoni jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 4 u 5 ma għandhomx japplikaw.”;
(14)
fil-Kapitolu 1 tat-Titolu I tat-Tielet Parti, it-Taqsima 2 (l-Artikoli 95 sa 98) hija mħassra b'effett mis-26 ta’ Ġunju 2026;
(15)
fl-Artikolu 119, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“5.
L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet f’termini ta’ robustezza għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti prudenzjali dstabbiti fir-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jiġu kkunsidrati bħala paragunabbli għal dawk applikati għal istituzzjonijiet f'termini ta' robustezza.”;
(16)
fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
skoperturi għal istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment li jirriżultaw mis-saldu ta’ obbligi ta’ kambju;”;
(17)
l-Artikolu 197 huwa emendat kif ġej:
(a)
fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(c)
titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet jew minn ditti tal-investiment li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ponderazzjoni tar-riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2;”;
(b)
fil-paragrafu 4, il-frażi introduttorju hija sostitwita b'dan li ġej:
“4.
Istituzzjoni tista’ tuża titoli ta’ dejn li jinħarġu minn istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment oħra u li ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI bħala kollateral eliġibbli fejn dawk it-titoli ta' dejn jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin”:
(18)
fl-Artikolu 200, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c)
strumenti maħruġa minn istituzzjoni jew minn ditta tal-investiment ta' parti terza li għandhom jiġu riakkwistati minn dik l-istituzzjoni jew minn dik id-ditta tal-investiment fuq talba.”;
(19)
fl-Artikolu 202, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej: ''Istituzzjoni tista’ tuża istituzzjonijiet, ditti tal-investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u aġenziji ta’ esportazzjoni tal-kreditu bħala fornituri eliġibbli ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3) fejn jilħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:''.
(20)
fl-Artikolu 224, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“6.
Għal titoli ta’ dejn mhux ikklassifikati maħruġa mill-istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment u li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Artikolu 197(4), l-aġġustamenti għall-volatilità huma l-istess bħal għat-titoli maħruġa minn istituzzjonijiet jew korporattivi b’valutazzjoni tal-kreditu esterna assoċjata mal-livelli 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu.”;
(21)
fl-Artikolu 227(3), jiddaħħal il-punt li ġej:
“(ba)
ditti tal-investiment;”;
(22)
fl-Artikolu 243(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Fil-każ ta’ riċevibbli tan-negozju, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma japplikax meta r-riskju tal-kreditu ta’ dawk ir-riċevibbli tan-negozju jkun kopert b’mod sħiħ mill-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli b’konformità mal-Kapitolu 4, dment li, f’dak il-każ, il-fornitur tal-protezzjoni jkun istituzzjoni, ditti tal-investiment, impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni.”;
(23)
fl-Artikolu 382(4), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b)
transazzjonijiet intragrupp kif previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, dment li l-Istati Membri ma jadottawx liġi nazzjonali li jirrikjedu s-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju, li f'dak il-każ l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu li dawk it-transazzjonijiet intragrupp bejn l-entitajiet separati strutturalment jiġu inklużi fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;”;
(24)
l-Artikolu 388 huwa mħassar;
(25)
fl-Artikolu 395, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
Istituzzjoni ma għandhiex iġġarrab skopertura lil klijent jew grupp ta' klijenti konnessi li l-valur tagħha jaqbeż l-25% tal-kapital ta' Grad 1 tagħha, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikoli 399 sa 403. Fejn dak il-klijent ikun istituzzjoni jew ditti tal-investiment, jew fejn grupp ta’ klijenti konnessi jinkludi istituzzjoni waħda jew aktar jew ditti tal-investiment, dak il-valur ma għandux jaqbeż il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni jew EUR 150 miljun, liema minnhom ikun l-ogħla, bil-kondizzjoni li s-somma tal-valuri tal-iskopertura, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 399 sa 403, għall-klijenti konnessi kollha li mhumiex istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment, ma tkunx taqbeż il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.”;
(26)
l-Artikolu 402(3) huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
il-kontroparti hija istituzzjoni jew ditta tal-investiment;”;
(b)
il-punt (e) hu sostitwit b'dan li ġej:
“(e)
l-istituzzjoni tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 394 l-ammont totali ta' skoperturi għal kull istituzzjoni jew ditti tal-investiment oħra li huma trattati skont dan il-paragrafu.”.
(27)
fl-Artikolu 412, il-paragrafu 4a huwa sostitwit b'dan li ġej:
“4a.
L-Att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandu japplika għall-istituzzjonijiet'”.
(28)
fil-punt (a) tal-Artikolu 422(8), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(i)
istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew ditta tal-investiment prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew ditta tal-investiment prinċipali;”;
(29)
fl-Artikolu 428a, jitħassar il-punt (d);
(30)
fl-Artikolu 430b, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.
Mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat msemmi fl-Artikolu 461a, l-istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jissofisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 94(1) u lanqas il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325a(1) għandhom jirrapportaw, għall-poizzjonijiet kollha tal-ktieb tan-negozju tagħhom li huwa soġġetti għall-kambju barrani jew riskji tal-komodità, ir-riżultati tal-kalkoli bbażati fuq l-użu tal-approċċ standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta fuq l-istess bażi bħar-rapportar minn tali istituzzjonijiet tal-obbligi stabbiliti fil-punti (b)(i) u (c) tal-Artikolu 92(3).”;
(31)
fl-Artikolu 456(1) jitħassru l-punti (f) u (g);
(32)
l-Artikolu 493 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej: “Sas-26 ta’ Ġunju 2021, id-dispożizzjonijiet fuq skoperturi kbar kif stabbiliti fl-Artikoli 387 sa 403) ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li għalihom, fil-31 ta’ Diċembru 2006, ma kinitx tapplika d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *8 ).
(b)
jitħassar il-paragrafu 2;
(33)
l-Artikolu 498 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 498 Eżenzjoni għal negozjanti tal-komoditajiet Sas-26 ta’ Ġunju 2021, id-dispożizzjonijiet fuq ir-rekwiżiti tal-fondi proprji kif stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investiment li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investiment jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li ma applikatx għalihom id-Direttiva 2004/39/KE fil-31 ta’ Diċembru 2006.”;
(34)
fl-Artikolu 508 jitħassru l-paragrafi 2 u 3;
(35)
fil-punt (1) tal-Anness I, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d)
approvazzjonijiet fuq kambjali li ma jkollhomx l-isem ta’ istituzzjoni oħra jew ditta tal-investiment;”;
(36)
l-Anness III huwa emendat kif ġej:
(a)
fil-punt (3), il-punt(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b)
mhumiex obbligazzjoni fuq istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew fuq waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.”;
(b)
fil-punt (5), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b)
mhumiex obbligazzjoni fuq istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew fuq waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.”;
(c)
fil-punt (6) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a)
ma jirrappreżentawx pretensjoni fuq SSPE, istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet affiljati tagħha;”;
(d)
il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“7.
Sigurtajiet trasferibbli minbarra dawk imsemmija fil-punti 3 sa 6 li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 50 % jew aħjar skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li huma klassifikati internament bi kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, u ma jirrappreżentawx pretensjoni fuq SSPE, istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet affiljati tagħhom;”;
(e)
il-punt 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“11.
Azzjonijiet ta' ekwità komuni skambjati fuq borża u kklerjati ċentralment, li huma kostitwent ta' indiċi ta' borża ewlieni, denominati fil-munita domestika tal-Istat Membru u mhux maħruġin minn istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe wieħed mill-affiljati tagħha.”. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|