+Artikolu 15 2

Artikolu 15 2

2.   Fuq bażi biannwali, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jittrasferixxu lil xerrej tal-kreditu drittijiet tal-kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti maħtura skont l-Artikolu 21(3) ta’ din id-Direttiva, u lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), tal-anqas b’dan li ġej:

(a)

l-identifikatur ta’ entità ġuridika tax-xerrej tal-kreditu jew, fejn applikabbli, tar-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, jew meta tali identifikatur ma jkunx jeżisti:

(i)

l-identità tax-xerrej tal-kreditu jew tal-membri tal-organu maniġerjali jew amministrattiv tax-xerrej tal-kreditu u l-persuni li għandhom parteċipazzjoni kwalifikanti fix-xerrej tal-kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), punt (36), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(ii)

l-indirizz tax-xerrej tal-kreditu jew, fejn applikabbli, tar-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19;

(b)

il-bilanċ pendenti aggregat tad-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratti ta’ kreditu improduttiv jew tal-kuntratti ta’ kreditu improduttiv ittrasferiti,

(c)

l-għadd u d-daqs tad-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratti ta’ kreditu improduttivi jew tal-kuntratti ta’ kreditu improduttivi ttrasferiti, u;

(d)

jekk it-trasferiment jinkludix id-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratti ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratti ta’ kreditu improduttiv innifishom, konklużi mal-konsumaturi u t-tipi ta’ assi li jiggarantixxu l-kuntratti ta’ kreditu improduttivi, meta applikabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.