+Artikolu 17 1

Artikolu 17 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

xerrej tal-kreditu domiċiljat fl-Unjoni, jew li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tagħha ma għandha l-ebda uffiċċju reġistrat, l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni jaħtar entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jew servizzjant tal-kreditu, biex iwettqu attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fir-rigward tad-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, konkluż mal-konsumaturi;

(b)

meta xerrej tal-kreditu ma jkunx domiċiljat fl-Unjoni, jew ma jkollhiex l-uffiċċju reġistrat tagħha jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tagħha ma jkollha l-ebda uffiċċju reġistrat, l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19(1) jaħtar entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jew servizzjant tal-kreditu, ħlief f’każijiet fejn ir-rappreżentant innifsu jkun entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jew servizzjant tal-kreditu, biex jitwettqu attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fir-rigward tad-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, konkluż ma’:

(i)

persuni fiżiċi, inklużi konsumaturi u ħaddiema indipendenti;

(ii)

intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (23).

L-Istati Membri ospitanti jistgħu jestendu r-rekwiżit previst fl-ewwel subparagrafu għal kuntratti ta’ kreditu oħrajn.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.