+Artikolu 17 Obbligi tax-xerrejja tal-kreditu
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
|
Artikolu 17 Obbligi tax-xerrejja tal-kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a)
|
xerrej tal-kreditu domiċiljat fl-Unjoni, jew li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tagħha ma għandha l-ebda uffiċċju reġistrat, l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni jaħtar entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jew servizzjant tal-kreditu, biex iwettqu attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fir-rigward tad-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, konkluż mal-konsumaturi;
|
|
(b)
|
meta xerrej tal-kreditu ma jkunx domiċiljat fl-Unjoni, jew ma jkollhiex l-uffiċċju reġistrat tagħha jew, jekk skont il-liġi nazzjonali tagħha ma jkollha l-ebda uffiċċju reġistrat, l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19(1) jaħtar entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jew servizzjant tal-kreditu, ħlief f’każijiet fejn ir-rappreżentant innifsu jkun entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jew servizzjant tal-kreditu, biex jitwettqu attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fir-rigward tad-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, konkluż ma’:
|
(i)
|
persuni fiżiċi, inklużi konsumaturi u ħaddiema indipendenti;
|
|
(ii)
|
intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (23).
|
|
L-Istati Membri ospitanti jistgħu jestendu r-rekwiżit previst fl-ewwel subparagrafu għal kuntratti ta’ kreditu oħrajn.
|
|
Artikolu 17 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li xerrej tal-kreditu ma jkunx soġġett għal xi rekwiżiti addizzjonali għax-xiri ta’ drittijiet tal-kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv jew tal-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, minbarra kif previst mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-liġi kuntrattwali, il-liġi ċivili jew il-liġi kriminali applikabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali rilevanti li jikkonċernaw b’mod partikolari l-infurzar ta’ kuntratti, il-protezzjoni tal-konsumaturi, id-drittijiet tal-mutwatarji, l-oriġinazzjoni tal-kreditu, ir-regoli tas-sigriet bankarju u l-liġi kriminali jkomplu japplikaw għax-xerrej tal-kreditu mat-trasferiment tad-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratt ta’ kreditu, jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, għax-xerrej tal-kreditu. Il-livell ta’ protezzjoni previst skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali lill-konsumaturi u lil mutwatarji oħra, kif ukoll ir-regoli dwar l-insolvenza, ma għandux jiġi affettwat mit-trasferiment tad-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratt ta’ kreditu, jew tal-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, lix-xerrej tal-kreditu, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali u internazzjonali dwar iċ-ċedoli u l-kambjali.
|
|
Artikolu 17 3
|
3. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat nazzjonali rigward ir-reġistri tal-kreditu, inkluża s-setgħa li x-xerrejja tal-kreditu jkunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni rigward id-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu, jew il-kuntratt ta’ kreditu nnifsu, u l-prestazzjoni tiegħu.
|
|
Artikolu 17 4
|
4. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lix-xerrejja tal-kreditu jingaġġaw persuni fiżiċi biex iwettqu s-servizzjar tal-kuntratti ta’ kreditu li jkunu akkwistaw. Dawk il-persuni fiżiċi għandhom ikunu soġġetti għal reġim nazzjonali ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni u ma għandhomx jibbenefikaw mil-libertà prevista f’din id-Direttiva li jwettqu attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu fi Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 17 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjant tal-kreditu, jew entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), maħtura minn xerrej tal-kreditu jikkonformaw, f’isem ix-xerrej tal-kreditu, mal-obbligi imposti fuq ix-xerrej tal-kreditu skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 18 u 20. F’każijiet meta ma jinħatar l-ebda servizzjant tal-kreditu jew entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), ix-xerrej tal-kreditu jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jibqa’ soġġett għal dawk l-obbligi.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li s-servizzjant tal-kreditu, jew entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), maħtura minn xerrej tal-kreditu jikkonformaw, f’isem ix-xerrej tal-kreditu, mal-obbligi imposti fuq ix-xerrej tal-kreditu skont il-liġi nazzjonali inkluż fir-rigward tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|