+Artikolu 27 Emendi għad-Direttiva 2008/48/KE
---+Artikolu 27 (1)
---+Artikolu 27 (2)
---+Artikolu 27 (3)
|
Artikolu 27 Emendi għad-Direttiva 2008/48/KE
Id-Direttiva 2008/48/KE hija emendata kif ġej:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 (1)
|
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 11a
Informazzjoni rigward il-modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kuntratt ta’ kreditu
Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel ma jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ kreditu, il-kreditur jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-konsumatur:
|
(a)
|
deskrizzjoni ċara tal-bidliet proposti u, meta jkun applikabbli, tal-ħtieġa tal-kunsens tal-konsumatur jew tal-bidliet introdotti bl-operat tal-liġi;
|
|
(b)
|
l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);
|
|
(c)
|
il-mezzi biex isiru l-ilmenti disponibbli għall-konsumatur fir-rigward tal-bidliet imsemmija fil-punt (a);
|
|
(d)
|
l-iskeda ta’ żmien disponibbli għat-tressiq ta’ kwalunkwe lment bħal dan;
|
|
(e)
|
l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti li lilha l-konsumatur jista’ jissottometti dak l-ilment.";
|
|
|
Artikolu 27 (2)
|
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 16a
Arretrati u infurzar
1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kredituri jkollhom politiki u proċeduri adegwati sabiex jagħmlu sforzi biex, meta jkun xieraq, jeżerċitaw tolleranza raġonevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti ta’ infurzar. Tali miżuri ta’ tolleranza għandhom iqisu, fost elementi oħra, iċ-ċirkostanzi tal-konsumatur u jistgħu jikkonsistu, fost possibiltajiet oħra, f’dan li ġej:
|
(a)
|
rifinanzjament totali jew parzjali ta’ kuntratt ta’ kreditu;
|
|
(b)
|
modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ kuntratt ta’ kreditu, li jistgħu jinkludu, fost affarijiet oħrajn:
|
(i)
|
estensjoni tat-terminu tal-kuntratt ta’ kreditu;
|
|
(ii)
|
tibdil tat-tip ta’ kuntratt ta’ kreditu;
|
|
(iii)
|
differiment tal-pagament tar-ripagament kollu jew ta’ parti minnu għal perjodu;
|
|
(iv)
|
tibdil tar-rata tal-imgħax;
|
|
(v)
|
offerta ta’ moratorju fuq il-pagamenti;
|
|
(vi)
|
ripagamenti parzjali;
|
|
(viii)
|
kanċellazzjoni parzjali u konsolidazzjoni tad-dejn.
|
|
2. Il-lista ta’ miżuri ta’ tolleranza potenzjali stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 1 hija mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fil-liġi nazzjonali u ma tirrikjedix li l-Istati Membri jipprevedu dawk il-miżuri kollha fil-liġi nazzjonali tagħhom.
3. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li, fejn il-kreditur jiġi permess jiddefinixxi u jimponi tariffi fuq il-konsumatur minħabba l-inadempjenza, dawk it-tariffi ma jkunux akbar milli meħtieġ biex jikkumpensaw lill-kreditur għall-ispejjeż li jkun ġarrab minħabba l-inadempjenza.
4. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kredituri jimponu tariffi addizzjonali fuq il-konsumatur fil-każ ta’ inadempjenza. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jagħmlu limitu massimu fuq dawk it-tariffi.";
|
|
Artikolu 27 (3)
|
l-Artikolu 22(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Sakemm din id-Direttiva jkun fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Madankollu, l-Artikolu 16a(3) u (4) ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar stretti sabiex jipproteġu lill-konsumaturi.".
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|