+Artikolu 5 3.

Artikolu 5 3.

Qabel ma jkollu pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, investitur istituzzjonali, għajr l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali, għandu jwettaq stima tad-diliġenza dovuta li tippermettilu li jivvaluta r-riskji involuti. Din l-istima għandha tinkludi, minn tal-anqas, dawn kollha li ġejjin:

(a) 

il-karatteristiċi tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni individwali u tal-iskoperturi sottostanti;

(b) 

il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jistgħu jħallu impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, inkluż il-prijoritajiet kuntrattwali tal-pagament u l-prijorità tal-ixkattaturi marbutin mal-pagament, it-titjibiet tal-kreditu, it-titjibiet tal-likwidità, l-ixkattaturi tal-valur tas-suq, u d-definizzjonijiet speċifiċi għat-tranżazzjoni tal-inadempjenza;

(c) 

fir-rigward ta’ titolizzazzjoni notifikata bħala STS f’konformità mal-Artikolu 27, il-konformità ta’ dik it-titolizzazzjoni mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 19 sa 22 jew fl-Artikoli 23 sa 26, u l-Artikolu 27. L-investituri istituzzjonali jistgħu jafdaw sa ċertu punt fuq in-notifika STS skont l-Artikolu 27(1) u l-informazzjoni żvelata mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE dwar il-konformità mar-rekwiżiti STS, mingħajr ma jafdaw unikament jew mekkanikament dik in-notifika jew l-informazzjoni.

Minkejja l-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, fil-każ ta’ programm ABCP appoġġat b’mod sħiħ, l-investituri istituzzjonali fil-karta kummerċjali maħruġa minn dak il-programm ABCP għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi tal-programm ABCP u l-appoġġ sħiħ tal-likwidità.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.