|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.L-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ta’ titolizzazzjoni għandu jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni ta’ mhux inqas minn 5 %. Dak l-imgħax għandu jitkejjel fl-oriġinazzjoni u għandu jkun iddeterminat mill-valur nozzjonali għal elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ. Meta l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwant oriġinali ma jkunux qablu bejniethom dwar min ser iżomm l-interess materjali ekonomiku nett, l-oriġinatur għandu jżomm l-interess materjali ekonomiku nett. Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni multipla tar-rekwiżiti ta’ retenzjoni għal xi titolizzazzjoni partikolari. L-interess materjali ekonomiku nett ma għandux jinqasam bejn tipi differenti ta’ min iżomm l-interess u ma għandux ikun soġġett għal ebda mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu jew iħħeġġjar. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, entità ma titqiesx li hija oriġinatur meta l-entità tkun ġiet stabbilita jew topera bl-uniku skop li tittitolizza skoperturi. Meta jitkejjel l-interess materjali ekonomiku nett, ir-ritenitur għandu jqis kwalunkwe tariffa li fil-prattika tista' tintuża biex jitnaqqas l-interess materjali ekonomiku nett effettiv. Fil-każ ta' titolizzazzjonijiet NPE tradizzjonali, ir-rekwiżit ta' dan il-paragrafu jista' jiġi ssodisfat ukoll mis-servizzjant dment li s-servizzjant jista' juri li għandu għarfien espert fis-servizzjar ta' skoperturi ta' natura simili għal dawk titolizzati u li għandu stabbiliti politiki, proċeduri u kontrolli tal-immaniġġjar tar-riskju dokumentati sew u adegwati relatati mas-servizzjar tal-iskoperturi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|