|
+Artikolu 28 1. |
Artikolu 28 1.►M1 Parti terza kif imsemmi fl-Artikolu 27(2) għandha tkun awtorizzata mill-awtorità kompetenti biex tivvaluta l-konformità tat-titolizzazzjonijiet mal-kriterji STS previsti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26, jew l-Artikoli 26a sa 26e. ◄ L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-parti terza timponi biss imposti mhux diskriminatorji u bbażati fuq l-ispejjeż fuq l-oriġinaturi, l-isponsors jew SSPEs involuti fit-titolizzazzjonijiet li l-parti terza tivvaluta mingħajr differenzi bejn tariffi skont, jew marbuta ma’, ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħha;
(b)
il-parti terza la hija entità regolata kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE u lanqas ma hija aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, u t-twettiq tal-attivitajiet l-oħra tal-parti terza ma jikkompromettux l-indipendenza jew l-integrità tal-valutazzjoni tagħha;
(c)
il-parti terza ma għandha tipprovdi ebda forma ta’ servizz ta’ konsulenza, awditu jew servizz ekwivalenti lill-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE involuti fit-titolizzazzjonijiet li l-parti terza tivvaluta;
(d)
il-membri tal-korp maniġerjali ta’ parti terza jkollhom il-kwalifiki, l-għarfien u l-esperjenza professjonali li jkunu xierqa għall-kompitu tal-parti terza u jkunu ta’ reputazzjoni tajba u ta’ integrità;
(e)
il-korp maniġerjali tal-parti terza jinkludi mill-inqas terz, iżda mhux inqas minn żewġ diretturi indipendenti;
(f)
il-parti terza tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-verifika ta’ konformità STS ma tkunx affettwata minn xi kunflitt ta’ interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta’ negozju li tinvolvi l-parti terza, l-azzjonisti jew membri tagħha, il-maniġers, l-impjegati jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-parti terza. Għal dak l-għan, il-parti terza għandha tistabbilixxi, iżżomm, tinforza, u tiddokumenta sistema effettiva ta’ kontroll intern li tirregola l-implimentazzjoni ta’ politiki u proċeduri għall-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali. Kunflitti ta’ interess potenzjali jew eżistenti li jkunu ġew identifikati għandhom jiġu eliminati jew mitigati u żvelati mingħajr dewmien. Il-parti terza għandha tistabbilixxi, iżżomm, tinforza u tiddokumenta proċeduri u proċessi adegwati biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-valutazzjoni tal-konformità STS. Il-parti terza għandha timmonitorja perjodikament u teżamina dawk il-politiki u proċeduri sabiex tiġi vvalutata l-effettività tagħhom u sabiex jiġi vvalutat jekk dawn għandhomx jiġu aġġornati; u
(g)
il-parti terza tista’ turi li għandha salvagwardji operazzjonali u proċessi interni xierqa li jippermettulha tevalwa l-konformità STS. L-awtorità kompetenti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni meta tqis li l-parti terza ma tkunx materjalment konformi mal-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|