+Artikolu 30 2.

Artikolu 30 2.

L-awtorità kompetenti għandha teżamina b’mod regolari l-arranġamenti, il-proċess u l-mekkaniżmi li l-oriġinaturi, -isponsors, l-SSPEs u l-mutwanti oriġinali implimentaw sabiex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

L-eżami msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi:

(a) 

il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jitkejjel u jinżamm b'mod korrett l-interess materjali ekonomiku nett fuq bażi kontinwa f'konformità mal-Artikolu 6(1) u l-ġbir u l-iżvelar f'waqtu tal-informazzjoni kollha li għandha ssir disponibbli f'konformità mal-Artikolu 7;

(aa) 

għal skoperturi li mhumiex parti minn Titolizzazzjoni ta' NPE:

(i) 

il-kriterji tal-għoti tal-kreditu applikati għall-iskoperturi produttivi skont l-Artikolu 9;

(ii) 

l-istandards solidi għall-għażla u l-ipprezzar applikati għal skoperturi sottostanti li huma skoperturi improduttivi kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1);

(b) 

għat-titolizzazzjonijiet STS li mhumiex titolizzazzjonijiet fi programm ABCP, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 20(7) sa (12), l-Artikolu 21(7) u l-Artikolu 22; u

(c) 

għat-titolizzazzjonijiet STS li huma titolizzazzjonijiet fi programm ABCP, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex jiġi żgurat, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ABCP, konformità mal-Artikolu 24 u, fir-rigward tal-programmi ABCP, konformità mal-Artikolu 26(7) u (8);

(d) 

għat-titolizzazzjonijiet NPE, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 9(1) li jipprevjenu kwalunkwe abbuż tad-deroga prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1); u

(e) 

għat-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ, il-proċessi u l-mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikoli 26b sa 26e.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.