+Artikolu 32 1.

Artikolu 32 1.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-Istati Membri jipprevedu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali skont l-Artikolu 34, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jfasslu sanzjonijiet amministrattivi xierqa f’każ ta’ negliġenza jew ksur intenzjonali, u miżuri ta’ rimedju xierqa li tal-inqas ikunu applikabbli għal sitwazzjonijiet fejn:

(a) 

oriġinatur, sponsor jew mutwant oriġinali jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6;

(b) 

oriġinatur, sponsor jew SSPE jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 7;

(c) 

oriġinatur, sponsor jew mutwant oriġinali jkun naqas milli jissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 9;

(d) 

oriġinatur, sponsor jew SSPE jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 18;

▼M1

(e) 

titolizzazzjoni tiġi deżinjata bħala STS u oriġinatur, sponsor, jew SSPE ta' dik it-titolizzazzjoni jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 19 sa 22, l-Artikoli 23 sa 26 jew l-Artikoli 26a sa 26e;

▼B

(f) 

oriġinatur jew sponsor jagħmel notifika qarrieqa skont l-Artikolu 27(1);

(g) 

oriġinatur jew sponsor ikun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 27(4); jew

(h) 

parti terza awtorizzata skont l-Artikolu 28 naqset milli tinnotifika l-bidliet materjali tal-informazzjoni previsti skont l-Artikolu 28(1), jew kwalunkwe bidla oħra li tista’ raġonevolment titqies li taffettwa l-valutazzjoni mill-awtorità kompetenti tagħha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet amministrattivi u/jew il-miżuri ta’ rimedju huma implimentati b’mod effettiv.

Dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.