+Artikolu 37 Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
---+Artikolu 37 6.
---+Artikolu 37 7.

Artikolu 37 Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi

Pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mingħajr dewmien żejjed l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-siti web uffiċjali tagħhom u bħala minimu, kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva li għaliha ma hemmx appell u li tiġi imposta għal ksur tal-Artikoli 6, 7, 9 jew 27(1) wara li d-destinatarju tas-sanzjoni jkun ġie nnotifikat b’dik id-deċiżjoni.
Artikolu 37 2.
Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni fuq it-tip u l-għamla tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli u s-sanzjonijiet imposti.
Artikolu 37 3.

Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, jew tal-identità u ta’ data personali, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta’ każ b’każ, jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, jew meta l-pubblikazzjoni, sa fejn jista’ jkun stabbilit, tikkawża ħsara sproporzjonata lill-persuna involuta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti:

(a) 

jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni;

(b) 

jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva fuq bażi anonima, skont il-liġi nazzjonali; jew

(c) 

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva f’każ li l-opzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:

(i) 

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla; jew

(ii) 

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta’ xorta minuri.

Artikolu 37 4.
Fil-każ ta’ deċiżjoni biex tiġi ppubblikata sanzjoni fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta. Meta awtorità kompetenti tippubblika deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva li għaliha jkun hemm appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll iżidu immedjatament fuq is-sit web uffiċjali tagħhom dik l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta’ dak l-appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tħassar deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva għandha tiġi ppubblikata wkoll.
Artikolu 37 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perijodu li hu meħtieġ f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
Artikolu 37 6.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-ESMA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti, inkluż, fejn xieraq, kwalunkwe appell b’rabta magħhom u l-eżitu ta’ dan.
Artikolu 37 7.
L-ESMA għandha żżomm bażi ċentrali ta’ data ta’ sanzjonijiet amministrattivi kkomunikati lilha. Dik il-bażi ta’ data għandha tkun aċċessibbli biss għall-ESMA, l-EBA, l-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti u għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 6.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.