|
+Artikolu 37 3. |
Artikolu 37 3.Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, jew tal-identità u ta’ data personali, fil-każ ta’ persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta’ każ b’każ, jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, jew meta l-pubblikazzjoni, sa fejn jista’ jkun stabbilit, tikkawża ħsara sproporzjonata lill-persuna involuta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti:
(a)
jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni;
(b)
jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva fuq bażi anonima, skont il-liġi nazzjonali; jew
(c)
ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva f’każ li l-opzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:
(i)
li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla; jew
(ii)
il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta’ xorta minuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|