|
+Artikolu 39 Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE |
Artikolu 39 Emenda għad-Direttiva 2009/138/KEArtikolu 39 Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 135, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdula b’dan li ġej:
“2.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a ta’ din id-Direttiva li jissupplimentaw din id-Direttiva billi jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċirkustanzi li fihom tista’ tiġi ordnata imposta kapitali addizzjonali proporzjonata meta jinkisru r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 5 jew 6 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*2
), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 101(3) ta’ din id-Direttiva.
3.
Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti b’rabta mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA, soġġetta għall-Artikolu 301b, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġiji għall-kalkolu tal-imposta kapitali addizzjonali proporzjonata msemmija hemm.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.”
(2)
L-Artikolu 308b(11) huwa mħassar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|