|
+Artikolu 46 Rieżami |
Artikolu 46 RieżamiArtikolu 46 Rieżami Sal-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġislattiva. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra b’mod partikolari s-sejbiet tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 44, u għandu jivvaluta:
(a)
l-effetti ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-introduzzjoni tad-deżinjazzjoni ta’ titolizzazzjoni STS, fuq il-funzjonament tas-suq għat-titolizzazzjonijiet fl-Unjoni, il-kontribuzzjoni tat-titolizzazzjoni għall-ekonomija reali, b’mod partikolari dwar l-aċċess għall-kreditu għall-SMEs u l-investimenti, u l-interkonnettività bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-istabbiltà tas-settur finanzjarju;
(b)
id-differenzi fl-użu tal-modalitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), abbażi ta’ data rrappurtata skont il-punt (e)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1). Jekk is-sejbiet juru żieda ta’ riskji prudenzjali kkawżati mill-użu tal-modalitajiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Artikolu 6(3), imbagħad għandhom jiġu kkunsidrati passi rimedjali xierqa;
(c)
jekk kienx hemm żieda sproporzjonata fl-għadd ta’ tranżazzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2), sa mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jekk il-parteċipanti fis-suq strutturawx it-tranżazzjonijiet b’mod li jevadu l-obbligu skont l-Artikolu 7 li jagħmlu disponibbli informazzjoni permezz ta’ repożitorji tat-titolizzazzjoni;
(d)
jekk hemmx il-ħtieġa li jiġu estiżi r-rekwiżiti tal-iżvelar skont l-Artikolu 7 biex ikopru t-tranżazzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(2), u l-pożizzjonijiet tal-investituri;
(e)
jekk fil-qasam tat-titolizzazzjonijiet STS jistax jiġi introdott reġim ta’ ekwivalenza għal oriġinaturi, sponsors u SSPEs ta’ pajjiżi terzi, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam tat-titolizzazzjoni, b’mod partikolari inizjattivi dwar titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u komparabbli;
(f)
“l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22(4) u 26d(4) u jekk jistgħux jiġu estiżi għal titolizzazzjoni meta l-iskoperturi sottostanti ma jkunux self residenzjali jew self jew kirjiet għal karozzi, bil-ħsieb tal-integrazzjoni tad-divulgazzjoni ambjentali, soċjali u ta' governanza;
(g)
l-adegwatezza tar-reġim tal-verifika tal-parti terza kif previst fl-Artikoli 27 u 28, u jekk ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni għal partijiet terzi previsti fl-Artikolu 28 irawwimx kompetizzjoni suffiċjenti fost partijiet terzi u jikkunsidrax jekk iridux jiġu introdotti bidliet fil-qafas superviżorju sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja; u
(h)
jekk hemmx il-ħtieġa li jiġi kkomplementat il-qafas dwar it-titolizzazzjoni stipulat f’dan ir-Regolament billi tiġi stabbilita sistema ta’ banek b'liċenzji limitati, li jwettqu l-funzjonijiet ta’ SSPEs u li għandhom id-dritt esklużiv li jixtru skoperturi minn oriġinaturi u jbigħu pretensjonijiet appoġġati mill-iskoperturi mixtrija lil investituri;
(i)
il-possibbilta' ta' rekwiżiti ulterjuri ta' standardizzazzjoni u divulgazzjoni fid-dawl tal-prattiki tas-suq li qed jiżviluppaw, jiġifieri permezz tal-użu ta' formoli, għal titolizzazzjonijiet kemm tradizzjonali u sintetiċi, inkluż għal titolizzazzjonijiet privati personalizzati meta ma jkun irid jitfassal l-ebda prospett f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|