|
+Artikolu 4 7 |
Artikolu 4 77. Sabiex tiżgura l-funzjonament koerenti u konsistenti tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni madwar l-Unjoni, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut tal-arranġamenti u tal-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Għall-finijiet tat-tħejjija ta’ dawk l-istandards, l-ESMA għandha tqis id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti delegati adottati abbażi tal-Artikolu 88(7) tad-Direttiva 2014/59/UE. L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan i-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|