+Artikolu 4 Kulleġġi ta’ riżoluzzjoni
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
---+Artikolu 4 7

Artikolu 4 Kulleġġi ta’ riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistabbilixxi, tiġġestixxi u tippresiedi kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 12, 15 u 16, u tiżgura kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-awtoritajiet li jkunu membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni u, fejn xieraq, kooperazzjoni mal-awtoritajiet u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni kompetenti ta’ pajjiżi terzi.

Il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprovdu qafas għall-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u għal awtoritajiet rilevanti oħrajn biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għat-tfassil ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, inkluż biex jittieħed kont tal-impatt sistemiku tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riżoluzzjoni, għall-applikazzjoni ta’ miżuri preparatorji u preventivi u għar-riżoluzzjoni;

(b)

it-tfassil ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 12;

(c)

il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ CCPs skont l-Artikolu 15;

(d)

l-identifikazzjoni, l-indirizzar u t-tneħħija ta’ impedimenti għar-riżolvibbiltà ta’ CCPs skont l-Artikolu 16; u

(e)

il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika dwar il-pjanijiet u l-istrateġiji ta’ riżoluzzjoni.

Artikolu 4 2

2.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni:

(a)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP;

(b)

l-awtorità kompetenti tas-CCP;

(c)

l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluż, fejn rilevanti, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fil-qafas tal-kompiti li jikkonċernaw is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku mogħti lilu f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (22) u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) fir-rwol tiegħu bħala awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni kkonferit lilu skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014;

(d)

l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar, għajr dawk imsemmija fil-punt (c). Dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jinformaw lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kulleġġ abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li r-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv tagħhom;

(e)

l-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-klijenti ta’ membri tal-ikklirjar, dment li l-kulleġġ ma jkollux diġà membru mill-Istat Membru tagħhom stess f’konformità mal-punti (c), (d), (f), (g) jew (h) ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-awtoritajiet għandhom jinformaw lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kulleġġ abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li r-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru rispettiv tagħhom;

(f)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(g)

l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tas-CCPs imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(h)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(i)

il-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(j)

il-banek ċentrali tal-ħruġ imsemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(k)

il-banek ċentrali tal-ħruġ tal-muniti tal-Unjoni tal-istrumenti finanzjarji kklerjati mis-CCP, għajr dawk imsemmija fil-punt (j). Dawk il-banek ċentrali tal-ħruġ għandhom jinformaw lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP u jiġġustifikaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kulleġġ abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-impatt li r-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha fuq il-munita ta’ ħruġ rispettiva tagħhom;

(l)

l-awtorità kompetenti għall-impriża prinċipali, fejn applikabbli;

(m)

il-ministeru kompetenti, meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-punt (a) ma tkunx il-ministeru kompetenti;

(n)

l-ESMA; u

(o)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 4 3

3.   L-ESMA, l-EBA u l-awtoritajiet imsemmija fil-punti (d), (e), (k) u (l) tal-paragrafu 2 ma għandux ikollhom drittijiet tal-vot fil-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni.

Meta l-BĊE ikun membru tal-kulleġġ skont il-punti (c) u (j) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jkollu żewġ voti fil-kulleġġ.

Artikolu 4 4

4.   L-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar stabbiliti f’pajjiżi terzi u l-awtoritajiet kompetenti u ta’ riżoluzzjoni ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi li magħhom is-CCP tkun stabbilixxiet arranġamenti ta’ interoperabbiltà jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni bħala osservaturi. L-attendenza tagħhom għandha tkun bil-kondizzjoni li dawk l-awtoritajiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità li, fl-opinjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP bħala l-president tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, ikunu ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 73.

Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi fil-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni tista’ tkun limitata għad-diskussjoni ta’ kwistjonijiet ta’ infurzar transfruntieri speċifiċi, li jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

l-infurzar ikkoordinat u effettiv tal-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari f’konformità mal-Artikoli 53 u 77;

(b)

l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-impedimenti possibbli għal azzjoni ta’ riżoluzzjoni effettiva li jistgħu jirriżultaw minn liġijiet diverġenti li jirregolaw l-arranġamenti ta’ kollateral, totaliżżar u tpaċija u strateġiji jew setgħat ta’ rkupru u riżoluzzjoni differenti;

(c)

l-identifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ kwalunkwe ħtieġa għal rekwiżiti għal ħruġ ta’ liċenzji, rikonoxximent jew awtorizzazzjoni ġodda, fid-dawl tal-ħtieġa li l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni jitwettqu fil-ħin;

(d)

sospensjoni possibbli ta’ kwalunkwe obbligu tal-ikklirjar għall-klassijiet tal-assi rilevanti affettwati mir-riżoluzzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew għal kwalunkwe dispożizzjoni ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz ikkonċernat;

(e)

influwenza possibbli ta’ żoni ta’ ħin differenti fuq tmiem il-ġurnata tax-xogħol applikabbli fir-rigward ta’ tmiem il-ġurnata tan-negozju.

Artikolu 4 5

5.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-CCP bħala l-president tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandha tkun responsabbli mill-kompiti li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment ta’ arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni tal-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(b)

il-koordinazzjoni tal-attivitajiet kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(c)

it-tlaqqigħ u l-presidenza tal-laqgħat kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni;

(d)

l-infurmar b’mod sħiħ u minn qabel tal-membri kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni rigward l-organizzazzjoni tal-laqgħat, rigward il-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu diskussi f’dawk il-laqgħat u rigward il-punti li għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet ta’ dawk id-diskussjonijiet;

(e)

id-deċiżjoni dwar jekk u liema awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jiġux mistiedna jattendu laqgħat partikolari tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-paragrafu 4;

(f)

l-abilitazzjoni, il-promozzjoni u l-koordinazzjoni tal-iskambju f’waqtu tal-informazzjoni rilevanti kollha bejn il-membri tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni; u

(g)

l-infurmar fil-ħin tal-membri kollha tal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni dwar id-deċiżjonijiet u l-eżiti ta’ dawk il-laqgħat.

Artikolu 4 6

6.   Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kompiti assenjati lill-kulleġġ, il-membri tal-kulleġġ imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu intitolati li jikkontribwixxu għall-iffissar tal-aġenda tal-laqgħat tal-kulleġġ, b’mod partikolari billi jżidu punti fl-aġenda ta’ laqgħa.

Artikolu 4 7

7.   Sabiex tiżgura l-funzjonament koerenti u konsistenti tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni madwar l-Unjoni, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut tal-arranġamenti u tal-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Għall-finijiet tat-tħejjija ta’ dawk l-istandards, l-ESMA għandha tqis id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti delegati adottati abbażi tal-Artikolu 88(7) tad-Direttiva 2014/59/UE.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan i-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.