+Artikolu 7 Prinċipji ġenerali rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet
---+Artikolu 7 (a)
---+Artikolu 7 (b)
---+Artikolu 7 (c)
---+Artikolu 7 (d)
---+Artikolu 7 (e)
---+Artikolu 7 (f)
---+Artikolu 7 (g)
---+Artikolu 7 (h)
---+Artikolu 7 (i)
---+Artikolu 7 (j)
---+Artikolu 7 (k)
---+Artikolu 7 (l)
---+Artikolu 7 (m)
---+Artikolu 7 (n)

Artikolu 7 Prinċipji ġenerali rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet

L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-ESMA għandhom iqisu l-prinċipji u l-aspetti kollha li ġejjin meta jieħdu deċiżjonijiet u jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 (a)

li jiġu żgurati l-effikaċja u l-proporzjonalità ta’ kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni fir-rigward ta’ CCP individwali, billi jiġu kkunsidrati tal-inqas il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-forma ġuridika tas-CCP, is-sjieda u l-istruttura organizzazzjonali tagħha, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe interdipendenza fi ħdan il-grupp li s-CCP tagħmel parti minnu;

(ii)

in-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tas-CCP, b’mod partikolari d-daqs, l-istruttura u l-likwidità f’kundizzjonijiet ta’ stress tas-swieq fejn tforni s-servizzi tagħha;

(iii)

l-istruttura, in-natura u d-diversità tas-sħubija tal-ikklerjar tas-CCP, kif ukoll, sakemm l-informazzjoni tkun disponibbli, tan-network tal-klijenti u l-klijenti indiretti tal-membri tal-ikklerjar tagħha;

(iv)

is-sostitwibbiltà tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP fis-swieq fejn tforni s-servizzi tagħha;

(v)

l-interkonnettività tas-CCP ma’ FMI, ċentri tan-negozjar, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn kif ukoll mas-sistema finanzjarja inġenerali;

(vi)

jekk is-CCP tikklerjax kwalunkwe kuntratt tad-derivati OTC li jappartjeni għal klassi ta’ derivati OTC li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; u

(vii)

il-konsegwenzi reali jew potenzjali tal-ksur imsemmi fl-Artikoli 18(1) u 22(2).

Artikolu 7 (b)

jiġu osservati l-imperattivi tal-effikaċja, il-prontezza, l-urġenza dovuta fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, fejn meħtieġ, u li l-ispejjeż jinżammu baxxi kemm jista’ jkun meta jittieħdu d-deċiżjonijiet u tittieħed azzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li t-tfixkil fis-suq jitnaqqas kemm jista’ jkun;

Artikolu 7 (c)

l-użu tal-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jiġi evitat kemm jista’ jkun, din l-għajnuna tkun disponibbli u tintuża biss fl-aħħar istanza u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45, u ma tinħoloq ebda aspettattiva ta’ għajnuna finanzjarja pubblika;

Artikolu 7 (d)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħrajn jikkooperaw ma’ xulxin biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-azzjoni jittieħdu b’mod ikkoordinat u effiċjenti;

Artikolu 7 (e)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet rilevanti f’kull Stat Membru jiġu definiti b’mod ċar;

Artikolu 7 (f)

l-interessi tal-Istati Membri li fihom is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha u fejn ikunu stabbiliti l-membri tal-ikklerjar tagħha, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn dawk il-klijenti u l-klijenti indiretti maħtura mill-Istati Membri bħala O-SIIs,, u tkun stabbilita kwalunkwe FMI konnessa, inkluż CCPs interoperabbli, u b’mod partikolari, l-impatt ta’ kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja jew ir-riżorsi fiskali ta’ dawk l-Istati Membri u tal-Unjoni kollha kemm hi;

Artikolu 7 (g)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni la jkunu jistgħu jeżiġu li l-Istati Membri jipprovdu għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, u lanqas jinterferixxu mas-sovranità baġitarja u r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri;

Artikolu 7 (h)

l-interessi tal-membri tal-ikklerjar affettwati, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, kredituri u partijiet ikkonċernati oħra tas-CCP fl-Istati Membri involuti jeħtieġ li jiġu bbilanċjati billi jiġi evitat li jiġu ppreġudikati jew protetti b’mod inġust l-interessi ta’ atturi partikolari u tiġi evitata allokazzjoni inġusta tal-piż;

Artikolu 7 (i)

kwalunkwe obbligu skont dan ir-Regolament li tiġi kkonsultata awtorità qabel ma tittieħed deċiżjoni jew azzjoni jimplika mill-inqas obbligu li ssir konsultazzjoni dwar dawk l-elementi tad-deċiżjoni jew tal-azzjoni proposta li jkollhom jew li x’aktarx ikollhom effett fuq il-membri tal-ikklerjar, il-klijenti, l-FMIs konnessi jew iċ-ċentri tan-negozjar jew impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru fejn jinsabu jew ikunu stabbiliti il-membri tal-ikklerjar, il-klijenti, l-FMIs konnessi jew iċ-ċentri tan-negozjar;

Artikolu 7 (j)

meta awtorità tqajjem kwistjoni dwar l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru tagħha, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni tas-CCP jikkunsidrawha bir-reqqa u jekk ma jqisux it-tħassib espress, jispjegaw bil-miktub ir-raġunijiet għalfejn dan ma jkunx seħħ;

Artikolu 7 (k)

il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 12 jiġu rrispettati, dment li, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi tal-każ, ma tkunx meħtieġa devjazzjoni minn dawk il-pjanijiet sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

Artikolu 7 (l)

tiġi żgurata t-trasparenza fil-konfront tal-awtoritajiet rilevanti kull meta possibbli, u fi kwalunkwe każ meta deċiżjoni jew azzjoni proposta x’aktarx li jkollha implikazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja jew ir-riżorsi fiskali ta’ kwalunkwe Stat Membru rilevanti;

Artikolu 7 (m)

huma jikkoordinaw u jikkooperaw kemm jista’ jkun mill-qrib, anki bil-għan li jbaxxu l-ispiża kumplessiva tar-riżoluzzjoni; u

Artikolu 7 (n)

dawn li ġejjin għandhom jinżammu għall-minimu, kemm jista’ jkun possibbli: l-effetti ekonomiċi u soċjali negattivi, inkluż l-impatti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja, ta’ kwalunkwe deċiżjoni fuq l-Istati Membri kollha li fihom is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha u fejn il-membri tal-ikklerjar tagħha, u sakemm tkun disponibbli l-informazzjoni, il-klijenti u l-klijenti indiretti tagħhom, inkluż fejn dawk il-klijenti u l-klijenti indiretti huma maħtura mill-Istati Membri bħala O-SIIs,, u kwalunkwe FMI konnessa, inkluż CCPs interoperabbli, huma stabbiliti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.