+Artikolu 9 15

Artikolu 9 15

15.   L-ESMA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u wara li tikkonsulta mas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu u ż-żamma tal-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji prefinanzjati li għandhom jintużaw skont l-paragrafu 14. Meta tiżviluppa dawk l-istandards tekniċi, l-ESMA għandha tqis dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-istruttura u l-organizzazzjoni interna tas-CCPs u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom;

(b)

l-istruttura tal-inċentivi tal-azzjonisti, il-maniġment u l-membri tal-ikklerjar tas-CCPs u tal-klijenti tal-membri tal-ikklerjar;

(c)

l-adegwatezza għas-CCPs, skont il-valuti li fihom huma espressi l-istrumenti finanzjarji li huma jikklerjaw, il-valuti aċċettati bħala kollateral u r-riskju li jirriżulta mill-attivitajiet tagħhom, b’mod partikolari meta huma ma jikklerjawx derivati OTC kif definit fil-punt (7) tal- Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jinvestu dak l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji dedikati f’assi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament; u

(d)

ir-regoli li japplikaw għas-CCPs ta’ pajjiżi terzi u l-prattiki tagħhom, kif ukoll l-iżviluppi internazzjonali li jikkonċernaw l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs, sabiex tiġi ppreservata l-kompetittività tas-CCPs tal-Unjoni attivi internazzjonalment, u l-kompetittività tas-CCPs tal-Unjoni meta mqabbla ma’ CCPs ta’ pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi tal-ikklerjar fl-Unjoni.

Meta l-ESMA tikkonkludi, abbażi tal-kriterji msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, li huwa adatt li ċerti CCPs jinvestu dak l-ammont addizzjonali ta’ riżorsi proprji prefinanzjati f’assi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, hija għandha tispeċifika wkoll:

(a)

il-proċedura li permezz tagħha, f’każ li dawk ir-riżorsi ma jkunux disponibbli minnufih, is-CCPs jistgħu jirrikorru għal miżuri ta’ rkupru li jeħtieġu l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti.

(b)

il-proċedura li s-CCPs għandhom isegwu biex sussegwentement jirrimborżaw lill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti msemmija fil-punt (a) sal-ammont li għandu jintuża skont il-paragrafu 14 ta’ dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-12 ta’ Frar 2022.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.