+Artikolu 15 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
---+Artikolu 15 6

Artikolu 15 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni, b’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, u wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandha tivvaluta kemm CCP hija riżolvibbli mingħajr ma tassumi l-ebda minn dawn li ġejjin:

(a)

għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(b)

assistenza ta’ likwidità f’emerġenza minn bank ċentrali;

(c)

assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta’ kollateralizzazzjoni, maturità u rata tal-imgħax mhux standard.

Artikolu 15 2

2.   CCP għandha titqies bħala riżolvibbli meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li huwa fattibbli u kredibbli li tillikwidaha skont proċedimenti normali ta’ insolvenza jew li tirriżolviha bl-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat ta’ riżoluzzjoni filwaqt li tiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kruċjali tas-CCP u tevita kwalunkwe użu ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja u, kemm jista’ jkun, kwalunkwe effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja u l-potenzjal ta’ żvantaġġ mhux xieraq lil partijiet ikkonċernati affettwati.

L-effetti negattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu instabbiltà finanzjarja usa’ jew eventi mifruxa mas-sistema kollha fi kwalunkwe Stat Membru.

L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-ESMA fil-ħin meta tqis li CCP ma tkunx riżolvibbli.

Artikolu 15 3

3.   Fuq talba mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, CCP għandha turi li:

(a)

ma hemm l-ebda impediment għat-tnaqqis tal-valur tal-istrumenti ta’ sjieda wara l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk l-arranġamenti kuntrattwali pendenti jew miżuri oħrajn fil-pjan ta’ rkupru tas-CCP kinux eżawriti b’mod sħiħ; u

(b)

il-kuntratti tas-CCP ma’ membri tal-ikklirjar jew partijiet terzi ma jippermettux lil dawk il-membri tal-ikklirjar jew partijiet terzi jikkontestaw b’suċċess l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni minn awtorità ta’ riżoluzzjoni jew li jevitaw b’mod ieħor li jkunu soġġetti għal dawk is-setgħat.

Artikolu 15 4

4.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha, kif rilevanti, teżamina l-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness.

Artikolu 15 5

5.   Sat-12 ta’ Awwissu 2022, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, għandha toħroġ linji gwida biex tippromwovi l-konverġenza tal-prattiki ta’ riżoluzzjoni rigward l-applikazzjoni tat-Taqsima C tal-Anness għal dan ir-Regolament skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 15 6

6.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà fl-istess ħin li tfassal u taġġorna l-pjan ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 12.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.