2. CCP għandha titqies bħala riżolvibbli meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li huwa fattibbli u kredibbli li tillikwidaha skont proċedimenti normali ta’ insolvenza jew li tirriżolviha bl-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat ta’ riżoluzzjoni filwaqt li tiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kruċjali tas-CCP u tevita kwalunkwe użu ta’ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja u, kemm jista’ jkun, kwalunkwe effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja u l-potenzjal ta’ żvantaġġ mhux xieraq lil partijiet ikkonċernati affettwati.
L-effetti negattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu instabbiltà finanzjarja usa’ jew eventi mifruxa mas-sistema kollha fi kwalunkwe Stat Membru.
L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-ESMA fil-ħin meta tqis li CCP ma tkunx riżolvibbli.