1. Meta, wara l-valutazzjoni fl-Artikolu 15, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, f’koordinazzjoni mal-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, tikkonkludi li hemm impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà ta’ CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti u mal-ESMA, għandha tħejji u tippreżenta rapport lis-CCP u lill-kulleġġ ta’ riżoluzzjoni.
Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu janalizza l-impedimenti materjali għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP, jikkunsidra l-impatt tagħhom fuq il-mudell tan-negozju tas-CCP u jirrakkomanda miżuri mmirati sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti.