+Artikolu 16 7
|
Artikolu 16 7
7. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tista’, wara li tikkonsulta lill-awtorita’ kompetenti u waqt li tippermetti perijodu ta’ żmien raġonevoli għall-implimentazzjoni:
|
(a)
|
teżiġi li s-CCP tirrevedi jew tfassal ftehimiet ta’ servizz, kemm jekk fi ħdan l-istess grupp jew ma’ partijiet terzi, sabiex tiġi koperta l-provvista tal-funzjonijiet kruċjali;
|
|
(b)
|
teżiġi li s-CCP tillimita l-iskoperturi individwali u aggregati mhux koperti massimi tagħha;
|
|
(c)
|
teżiġi li s-CCP tagħmel bidliet fil-mod kif hija tiġbor u żżomm marġini skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
(d)
|
teżiġi li s-CCP tagħmel bidliet fil-kompożizzjoni u fl-għadd ta’ fondi ta’ inadempjenza tagħha msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
(e)
|
timponi fuq is-CCP rekwiżiti ta’ informazzjoni addizzjonali regolari jew speċifika;
|
|
(f)
|
teżiġi li s-CCP teħles minn assi speċifiċi;
|
|
(g)
|
teżiġi li s-CCP tillimita jew twaqqaf attivitajiet speċifiċi eżistenti jew proposti;
|
|
(h)
|
teżiġi li s-CCP tagħmel bidliet fil-pjan ta’ rkupru, fir-regoli operattivi u arranġamenti kuntrattwali oħrajn tagħha;
|
|
(i)
|
tirrestrinġi jew timpedixxi l-iżvilupp ta’ linji tan-negozju ġodda jew eżistenti jew il-provvediment ta’ servizzi ġodda jew eżistenti;
|
|
(j)
|
teżiġi li jsiru bidliet fl-istrutturi ġuridiċi jew operazzjonali tas-CCP, jew ta’ kwalunkwe entità fi grupp direttament jew indirettament taħt il-kontroll tagħha, sabiex ikun żgurat li l-funzjonijiet kruċjali jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u b’mod operattiv minn funzjonijiet oħrajn permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni;
|
|
(k)
|
teżiġi li s-CCP iżżomm is-servizzi ta’ kklerjar differenti tagħha separati fil-livell operazzjonali u dak finanzjarju sabiex tiżola xi klassijiet ta’ assi speċifiċi minn klassijiet ta’ assi oħra u fejn jitqies xieraq, biex tillimita s-settijiet tat-totaliżżar li jkopru klassijiet ta’ assi differenti;
|
|
(l)
|
teżiġi li s-CCP tistabbilixxi kumpannija prinċipali fl-Unjoni;
|
|
(m)
|
teżiġi li s-CCP toħroġ obbligazzjonijiet li jista’ jitnaqqsilhom il-valur u jiġu kkonvertiti jew twarrab riżorsi finanzjarji oħrajn biex iżżid il-kapaċità għall-assorbiment tat-telf, ir-rikapitalizzazzjoni u r-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati;
|
|
(n)
|
teżiġi li s-CCP tieħu passi oħrajn bil-għan li tippermetti li l-kapital, obbligazzjonijiet u kuntratti oħrajn ikunu jistgħu jassorbu t-telf, li s-CCP tiġi rikapitalizzata jew li r-riżorsi prefinanzjati jiġu rikostitwiti. L-azzjonijiet ikkunsidrati jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, tentattiv sabiex tinnegozja mill-ġdid kwalunkwe obbligazzjoni li tkun ħarġet is-CCP jew tirrevedi t-termini kuntrattwali, bil-għan li tiżgura li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li tnaqqas il-valur, tikkonverti jew tirristruttura l-obbligazzjoni, l-istrument jew il-kuntratt tiġi effettwata skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew dak l-istrument;
|
|
(o)
|
meta s-CCP tkun kumpannija sussidjarja, tikkoordina mal-awtoritajiet rilevanti bil-għan li titlob lill-impriża prinċipali twaqqaf kumpannija azzjonarja separata sabiex tikkontrolla lis-CCP, meta dik il-miżura tkun neċessarja sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tas-CCP u jiġu evitati l-effetti negattivi li l-applikazzjoni tal-għodod ta’ riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni jista’ jkollhom fuq entitajiet oħrajn tal-grupp;
|
|
(p)
|
tillimita jew tipprojbixxi konnessjonijiet ta’ interoperabilità tas-CCP meta din il-limitazzjoni jew projbizzjoni tkun neċessarja sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-kisba tal-objettivi tar-riżoluzzjoni.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|